+Artikolu 26 Evalwazzjoni tal-Programm
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
|
Artikolu 26 Evalwazzjoni tal-Programm
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
L-evalwazzjonijiet tal-Programm għandhom jitwettqu sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet b’mod f’waqtu. Dawn għandu jkun fihom valutazzjoni kwalitattiva tal-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali tal-Programm stabbiliti fl-Artikolu 3.
|
|
Artikolu 26 2.
|
Apparti l-monitoraġġ regolari tal-Programm, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim tal-Programm li għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tiegħu, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Programm. L-evalwazzjoni interim għandha tifforma l-bażi għall-aġġustament tal-implimentazzjoni tal-Programm, kif xieraq, b’kont meħud ukoll ta’ żviluppi teknoloġiċi rilevanti ġodda.
|
|
Artikolu 26 3.
|
Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-Programm. L-evalwazzjoni finali għandha tivvaluta l-impatti fit-tul tal-Programm u s-sostenibbiltà tiegħu.
|
|
Artikolu 26 4.
|
Is-sistema ta’ rapportar dwar l-evalwazzjoni għandha tiżgura li r-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni jiġbru d-data għall-evalwazzjoni tal-programm b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu u f’livell xieraq ta’ granularità.
|
|
Artikolu 26 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tissottometti l-evalwazzjoni interim imsemmija fil-paragrafu 2 u l-evalwazzjoni finali msemmija fil-paragrafu 3 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0694
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|