+ANNESS III Sinerġiji ma’ programmi oħra tal-Unjoni

ANNESS III Sinerġiji ma’ programmi oħra tal-Unjoni




ANNESS III

Sinerġiji ma’ programmi oħra tal-Unjoni

1. Is-sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa għandhom jiżguraw li:

(a) 

għalkemm diversi oqsma tematiċi indirizzati mill-Programm u minn Orizzont Ewropa jikkonverġu, it-tip ta’ azzjonijiet li jridu jiġu appoġġati, l-outputs mistennija tagħhom u l-loġika ta’ intervent tagħhom huma differenti u komplimentari;

(b) 

Orizzont Ewropa ser jipprovdi appoġġ estensiv għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku, id-dimostrazzjoni, il-pilotaġġ, il-prova tal-kunċett, l-ittestjar u l-innovazzjoni inkluż l-użu prekummerċjali ta’ teknoloġiji diġitali innovattivi, b’mod partikolari permezz ta’:

(i) 

baġit iddedikat fil-pilastru “Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea” għar-raggruppament “Diġitali, Industrija u Spazju” biex jiżviluppa teknoloġiji abilitanti (l-IA u r-Robotika, l-Internet tal-Ġenerazzjoni li jmiss, l-HPC u l-Big Data, teknoloġiji diġitali ewlenin, li jikkombinaw it-teknoloġiji diġitali ma’ teknoloġiji oħra);

(ii) 

appoġġ għall-Infrastrutturi tar-riċerka taħt il-pilastru “Xjenza Eċċellenti”;

(iii) 

l-integrazzjoni tat-teknoloġija diġitali fl-Isfidi Globali kollha (is-saħħa, is-sigurtà, l-enerġija u l-mobbiltà, il-klima, eċċ.); u

(iv) 

l-appoġġ għall-espansjoni tal-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji taħt il-pilastru “Ewropa Innovattiva” (li ħafna minnhom ser jgħaqqdu flimkien it-teknoloġiji diġitali u fiżiċi);

(c) 

il-Programm ser jinvesti:

(i) 

fil-bini ta’ kapaċità diġitali fl-HPC, l-IA, it-teknoloġiji tar-reġistri distribwiti (eż il-blockchain), iċ-ċibersigurtà u l-ħiliet diġitali avvanzati; u

(ii) 

fl-implimentazzjoni nazzjonali„ reġjonali u lokali f’qafas ta’ kapaċitajiet diġitali tal-Unjoni u l-aħħar teknoloġiji diġitali f’oqsma ta’ interess pubbliku (bħas-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, il-ġustizzja u l-edukazzjoni) jew il-falliment tas-suq (bħad-diġitalizzazzjoni tan-negozji, b’mod partikolari l-SMEs);

(d) 

il-kapaċitajiet u l-infrastrutturi tal-Programm isiru disponibbli għall-komunità ta’ riċerka u innovazzjoni li jinkludu l-azzjonijiet appoġġati minn Orizzont Ewropa, inklużi l-ittestjar, l-esperimentazzjoni u d-dimostrazzjonijiet fis-setturi u d-dixxiplini kollha;

(e) 

billi l-iżvilupp ta’ teknoloġiji diġitali ġodda jimmatura matul Orizzont Ewropa, dawk it-teknoloġiji ser jiġu akkwistati b’mod progressiv u implimentati mill-Programm;

(f) 

l-inizjattivi ta’ Orizzont Ewropa għall-iżvilupp ta’ kurrikulu ta’ ħiliet u kompetenzi, inklużi dawk imwassla fiċ-ċentri ta’ kolokazzjoni tal-KICs tal-EIT, jiġu kkomplimentati mill-bini tal-kapaċitajiet f’ħiliet diġitali avvanzati appoġġati mill-Programm;

(g) 

jiġu stabbiliti mekkaniżmi b’saħħithom ta’ koordinazzjoni għall-programmazzjoni u l-implimentazzjoni, filwaqt li jiġu allinjati l-proċeduri kollha għaż-żewġ programmi sa fejn ikun possibbli. L-istrutturi ta’ governanza tagħhom ser jinvolvu s-servizzi kkonċernati kollha tal-Kummissjoni.

2. Is-sinerġiji ma’ programmi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, inkluż il-FEŻR, il-FSE+, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajdu l-Akkwakultura, għandhom jiżguraw li:

(a) 

arranġamenti għal finanzjament komplimentari minn programmi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża u l-Programm jintużaw biex jappoġġaw azzjonijiet li jipprovdu pont bejn l-ispeċjalizzazzjonijiet intelliġenti u l-appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u s-soċjetà Ewropej;

(b) 

il-FEŻR jikkontribwixxi għall-iżvilupp u t-tisħiħ ta’ ekosistemi ta’ innovazzjoni reġjonali u lokali, trasformazzjoni industrijali, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetà u tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, biex b’hekk tiġi stimulata wkoll l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Tallinn dwar il-Gvern elettroniku. Dan jinkludi l-appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tal-industrija u t-teħid tar-riżultati, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u soluzzjonijiet innovattivi. Il-Programm ser jikkomplementa u jappoġġa n-networking tranżnazzjonali u l-immappjar tal-kapaċitajiet diġitali biex jagħmluhom aċċessibbli għall-SMEs u biex jagħmlu s-soluzzjonijiet interoperabbli tal-IT aċċessibbli għar-reġjuni kollha tal-Unjoni.

3. Is-sinerġiji mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandhom jiżguraw li:

(a) 

il-programm jiffoka fuq il-bini tal-kapaċitajiet u l-infrastruttura diġitali fuq skala kbira fl-oqsma tal-HPC, l-IA, iċ-ċibersigurtà u l-ħiliet diġitali avvanzati, li jimmiraw lejn it-teħid u l-implimentazzjoni wesgħin madwar l-Ewropa tas-soluzzjonijiet innovattivi kritiċi eżistenti jew ttestjati f’qafas tal-Unjoni f’oqsma ta’ interess pubbliku jew falliment tas-suq. Il-Programm irid jiġi prinċipalment implimentat permezz ta’ investimenti kkoordinati u strateġiċi mal-Istati Membri, b’mod partikolari permezz ta’ akkwist pubbliku konġunt, f’kapaċitajiet diġitali biex jiġu kondiviżi madwar l-Ewropa u f’azzjonijiet madwar l-Unjoni li jappoġġaw l-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni bħala parti mill-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali;

(b) 

il-kapaċitajiet u l-infrastrutturi tal-Programm iridu jsiru disponibbli għall-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi ġodda fil-qasam tal-mobbiltà u t-trasport. Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa trid tappoġġa l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi ġodda fil-qasam tal-mobbiltà u t-trasport;

(c) 

iridu jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni b’mod partikolari permezz ta’ strutturi xierqa ta’ governanza.

4. Is-sinerġiji mal-Programm InvestEU għandhom jiżguraw li:

(a) 

appoġġ permezz ta’ finanzjament ibbażat fis-suq, inkluż billi jiġu segwiti l-objettivi ta’ politika taħt il-Programm ikun ipprovdut taħt ir-Regolament (UE) 2021/523; tali finanzjament ibbażat fuq is-suq jista’ jiġi kkombinat mal-għotja ta’ sostenn;

(b) 

aċċess għall-istrumenti finanzjarji min-negozji tkun iffaċilitata permezz tal-appoġġ ipprovdut mill-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej.

5. Is-sinerġiji ma’ Erasmus+ għandhom jiżguraw li:

(a) 

il-Programm jappoġġa l-iżvilupp u l-akkwist ta’ ħiliet diġitali avvanzati meħtieġa għall-użu ta’ teknoloġiji avvanzati, bħalma huma l-IA jew l-HPC, f’kooperazzjoni mal-industriji rilevanti.

(b) 

il-parti tal-ħiliet avvanzati tal-programm Erasmus+ tikkomplementa l-interventi tal- Programm, li jindirizzaw il-kisba ta’ ħiliet fl-oqsma kollha u fil-livelli kollha permezz ta’ esperjenzi ta’ mobbiltà.

6. Is-sinerġiji ma’ Ewropa Kreattiva stabbilit b’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jiżguraw li:

(a) 

il-fergħa MEDIA ta’ Ewropa Kreattiva jappoġġa inizjattivi li jistgħu jiġġeneraw impatt reali fuq is-setturi kulturali u kreattivi madwar l-Ewropa, u b’hekk jgħinhom jadattaw għat-trasformazzjoni diġitali;

(b) 

il-Programm, fost l-oħrajn, jipprovdi aċċess lill-kreaturi, lill-industrija kreattiva u lis-settur kulturali fl-Ewropa għall-aħħar teknoloġiji diġitali mill-IA għall-computing avvanzat.

7. Is-sinerġiji ma’ programmi u inizjattivi oħra tal-Unjoni dwar il-kompetenzi u l-ħiliet għandhom ikunu żgurati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0694
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.