+Artikolu 3 Objettivi
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
|
Artikolu 3 Objettivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1
|
1. L-objettiv ġenerali tal-Programm LIFE għandu jkun li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, ċirkolari, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, u dan sabiex jipproteġi u jirrestawra lill-ambjent u jtejjeb il-kwalità tiegħu, inkluż l-arja, l-ilma u l-ħamrija, kif ukoll biex iwaqqaf u jreġġa' lura t-telf tal-bijodiversità u jindirizza d-degradazzjoni tal-ekosistemi, inkluż billi jappoġġa l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tan-Netwerk Natura 2000 u b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli. Il-Programm LIFE għandu jappoġġa wkoll l-implimentazzjoni tal-programmi ta' azzjoni ġenerali adottati skont l-Artikolu 192(3) TFUE.
|
|
Artikolu 3 2
|
2. Il-Programm LIFE għandu jkollu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:
|
(a)
|
li jiżviluppa, juri u jippromwovi tekniki, metodi u approċċi innovattivi biex jintlaħqu l-objettivi tal-leġiżlazzjoni u tal-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent, inkluż in-natura u l-bijodiversità, u l-azzjoni dwar il-klima, inkluż it-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli u effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija, u li jikkontribwixxi għall-bażi tal-għarfien u għall-applikazzjoni tal-aħjar prattiki, b'mod partikolari fir-rigward tan-natura u tal-bijodiversità, inkluż permezz tal-appoġġ tan-netwerk Natura 2000;
|
|
(b)
|
li jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni u tal-politika rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, inkluż in-natura u l-bijodiversità, u dwar l-azzjoni dwar il-klima u t-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli jew effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija, inkluż billi jtejjeb il-governanza fil-livelli kollha, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi pubbliċi u privati u tal-involviment tas-soċjetà ċivili;
|
|
(c)
|
li jaġixxi ta' katalizzatur għall-użu fuq skala kbira ta' soluzzjonijiet tekniċi u relatati mal-politika li jirnexxu għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-politika rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, inkluż in-natura u l-bijodiversità, u dwar l-azzjoni dwar il-klima, inkluża t-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli jew effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija, billi jirreplika r-riżultati, billi jintegra l-objettivi relatati f'politiki oħra u fil-prattiki tas-settur pubbliku u dak privat, billi jimmobilizza l-investiment u billi jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0783
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|