+Artikolu 11 Azzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
---+Artikolu 11 6
|
Artikolu 11 Azzjonijiet eliġibbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. Huma biss azzjonijiet li jimplimentaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 li għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.
|
|
Artikolu 11 2
|
2. L-għotjiet jistgħu jiffinanzjaw it-tipi ta' azzjoni li ġejjin:
|
(a)
|
proġetti strateġiċi dwar in-natura taħt is-sottoprogramm imsemmi fil-punt (1)(a) tal-Artikolu 4;
|
|
(b)
|
proġetti integrati strateġiċi taħt is-sottoprogrammi msemmija fil-punti (1)(b), (2)(a) u 2(b) tal-Artikolu 4;
|
|
(c)
|
proġetti ta' assistenza teknika;
|
|
(d)
|
proġetti ta' azzjoni standard;
|
|
(e)
|
azzjonijiet oħrajn meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 3(1), inkluż l-azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ immirati biex isaħħu l-kapaċitajiet, biex ixerrdu l-informazzjoni u l-għarfien, u biex iqajmu kuxjenza biex jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn l-enerġija rinnovabbli u effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija.
|
|
|
Artikolu 11 3
|
3. Il-proġetti taħt is-sottoprogramm 'Natura u Bijodiversità' li jikkonċernaw il-ġestjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ tas-siti ta' Natura 2000 skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE għandhom iqisu l-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet, l-istrateġiji u l-politiki nazzjonali u reġjonali dwar il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità, inkluż f'oqfsa ta' azzjoni prijoritizzati adottati skont id-Direttiva 92/43/KEE.
|
|
Artikolu 11 4
|
4. Proġetti ta' assistenza teknika għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet relatati mal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri biex itejbu l-parteċipazzjoni effettiva fil-programm LIFE għandhom jappoġġaw attivitajiet ta' dawk l-Istati Membri b'parteċipazzjoni effettiva baxxa, bil-għan li jittejbu s-servizzi tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali madwar l-Unjoni u titjieb il-kwalità ġenerali tal-proposti mressqa.
|
|
Artikolu 11 5
|
5. L-għotjiet jistgħu jiffinanzjaw attivitajiet barra minn Stat Membru jew pajjiż extra-Ewropew jew territorju marbut miegħu, sakemm il-proġett isegwi l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni u dawk l-attivitajiet ikunu meħtieġa biex jiżguraw l-effettività tal-interventi mwettqa fi Stat Membru jew f'pajjiż extra-Ewropew jew territorju marbut miegħu, jew biex jappoġġaw ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni hija parti għalihom billi jipprovdu kontribuzzjoni għall-organizzazzjoni ta' konferenzi multilaterali. Il-kontribuzzjoni massima pprovduta għal ftehimiet internazzjonali għall-organizzazzjoni ta' konferenzi multilaterali għandha tkun ta' EUR 3,5 miljun għat-tul tal-Programm LIFE indikat fl-Artikolu 1, u tali għotjiet ma għandhomx jgħoddu biex jintlaħaq il-limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3).
|
|
Artikolu 11 6
|
6. L-għotjiet operattivi għandhom isostnu l-funzjonament ta' entitajiet mingħajr skop ta' qligħ li huma involuti fl-iżvilupp, fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni u l-politika tal-Unjoni u li huma primarjament attivi fil-qasam tal-ambjent jew tal-azzjoni dwar il-klima, inkluż it-tranżizzjoni enerġetika, skont l-objettivi tal-Programm LIFE stabbiliti fl-Artikolu 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0783
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|