+Artikolu 18 Programm ta’ ħidma pluriennali
---+Artikolu 18 1
---+Artikolu 18 2
---+Artikolu 18 3
---+Artikolu 18 4
---+Artikolu 18 5

Artikolu 18 Programm ta’ ħidma pluriennali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1

1.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta programmi ta' ħidma pluriennali għall-Programm LIFE. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

Artikolu 18 2

2.   Kull programm ta' ħidma pluriennali għandu jispeċifika, f'konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, dan li ġej:

(a)

ammonti li għandhom jiġu allokati l bejn il-ħtiġijiet taħt kull sottoprogramm u bejn tipi differenti ta' finanzjament, kif ukoll l-ammont totali massimu li għandu jiġi allokat għal għotjiet, kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11(2);

(b)

l-ammont totali massimu għal finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit taħt il-Programm LIFE, fejn ikun applikabbli;

(c)

l-ammont totali massimu għal għotjiet li għandhom jingħataw lill-korpi elenkati fl-Anness I f'konformità mal-Artikolu 13;

(d)

is-suġġetti tal-proġett jew il-ħtiġijiet speċifiċi li għalihom ikun hemm preallokazzjoni ta' finanzjament għall-proġetti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 11(2);

(e)

l-istrateġiji u l-pjanijiet immirati mill-proġetti integrati strateġiċi li għalihom jista' jintalab il-finanzjament għall-proġetti kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 11(2);

(f)

il-perijodu massimu ta' eliġibbiltà għall-implimentazzjoni tal-proġetti;

(g)

skedi ta' żmien indikattivi għas-sejħiet għal proposti għall-perijodu kopert mill-programm ta' ħidma pluriennali;

(h)

il-metodoloġija teknika għall-proċedura ta' preżentazzjoni u għażla ta' proġetti, u l-kriterji għall-għoti skont l-elementi msemmija fl-Artikolu 14;

(i)

ir-rati ta' kofinanzjament imsemmija fl-Artikolu 9(4);

(j)

ir-rati massimi ta' kofinanzjament għall-azzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 11(2);

(k)

fejn rilevanti, regoli dettaljati rigward l-applikazzjoni ta' finanzjament kumulattiv, u alternattiv;

(l)

parteċipazzjoni effettiva baxxa u attivitajiet eliġibbli u kriterji għall-għoti għal proġetti ta' assistenza teknika għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet b'rabta mal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-parteċipazzjoni effettiva fil-programm LIFE.

Artikolu 18 3

3.   It-tul tal-ewwel programm ta' ħidma pluriennali għandu jkun ta' erba' snin u t-tul tat-tieni programm ta' ħidma pluriennali għandu jkun ta' tliet snin.

Artikolu 18 4

4.   Fil-qafas tal-programmi ta' ħidma pluriennali, il-Kummissjoni għandha tippubblika sejħiet għal proposti għall-perijodu kopert. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-fondi li ma jintużawx minn sejħa partikolari għal proposti partikolari jiġu riallokati bejn it-tipi differenti ta' azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2) fl-istess qasam.

Artikolu 18 5

5.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-partijiet ikkonċernati jiġu kkonsultati fl-iżvilupp tal-programmi ta' ħidma pluriennali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0783
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.