4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u rapidu. Għal dak il-għan, u f'konformità mal-metodoloġiji rilevanti, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rappurtar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni biex ikun jista' jinġabar output aggregabbli fil-livell tal-proġetti u indikaturi tal-impatt għall-objettivi speċifiċi rilevanti kollha fir-rigward tal-politika ambjentali u klimatika, inkluż fir-rigward ta' Natura 2000 u l-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi atmosferiċi li jniġġsu l-arja, inkluż is-CO2.