+Artikolu 20 Evalwazzjoni
---+Artikolu 20 1
---+Artikolu 20 2
---+Artikolu 20 3
---+Artikolu 20 4
|
Artikolu 20 Evalwazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1
|
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet previsti skont dan ir-Regolament fi żmien debitu sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet b'attenzjoni dovuta għall-koerenza, is-sinerġiji, il-valur miżjud tal-Unjoni u s-sostenibbiltà fit-tul, filwaqt li jittieħed kont tal-prijoritajiet tal-Unjoni fl-oqsma tal-klima u l-ambjent.
|
|
Artikolu 20 2
|
2. Il-Kummissjoni għandha twettaq l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm LIFE ladarba jkun hemm disponibbli biżżejjed informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tiegħu, iżda mhux aktar tard minn 42 xahar wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Programm LIFE, bl-użu tal-indikaturi kif stabbilit f'konformità mal-Anness II.
L-evalwazzjoni għandha tkopri mill-inqas dan li ġej:
|
(a)
|
l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tal-Programm LIFE;
|
|
(b)
|
l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi;
|
|
(c)
|
il-grad ta' kemm intlaħqu l-objettivi tal-miżuri kollha filwaqt li jiġu speċifikati, fejn ikun possibbli, ir-riżultati u l-impatti;
|
|
(d)
|
is-suċċess attwali jew mistenni tal-proġetti fl-ingranaġġ ta' fondi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-benefiċċji ta' aktar koerenza ma' strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni;
|
|
(e)
|
il-punt sa fejn jintlaħqu s-sinerġiji bejn l-objettivi u l-komplementarjetà tal-Programm LIFE ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni;
|
|
(f)
|
il-valur miżjud tal-Unjoni u l-impatt fit-tul tal-Programm LIFE, bil-ħsieb li tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri;
|
|
(g)
|
il-punt sa fejn il-partijiet ikkonċernati kienu involuti;
|
|
(h)
|
analiżi kwantitattiva u kwalitattiva tal-kontribut tal-Programm LIFE għall-istat ta' konservazzjoni tal-ħabitats u l-ispeċi elenkati fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE;
|
|
(i)
|
analiżi tal-kopertura ġeografika fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 9(5), u, jekk ma tintlaħaq l-ebda kopertura bħal din, analiżi tar-raġunijiet sottostanti għat-tali nuqqas ta' kopertura.
|
|
|
Artikolu 20 3
|
3. Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm LIFE, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perijodu speċifikat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm LIFE.
|
|
Artikolu 20 4
|
4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet disponibbli għall-pubbliku.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0783
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|