1. L-objettiv tal-Istrument huwa li jikkomplementa dawk l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni nukleari li jiġu ffinanzjati skont ir-Regolament (UE) 2021/947, b’mod partikolari sabiex jappoġġa l-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni, u l-applikazzjoni ta’ salvagwardji effiċjenti u effettivi ta’ materjali nukleari f’pajjiżi terzi, fuq il-bażi tal-attivitajiet fi ħdan il-Komunità tal-qafas regolatorju Euratom rilevanti, f’konformità ma’ dan ir-Regolament u b’mod kemm jista’ jkun miftuħ. Fi ħdan dan l-objettiv, dan ir-Regolament għandu l-għan ukoll li jappoġġa l-promozzjoni tat-trasparenza fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mal-qasam nukleari tal-awtoritajiet f’pajjiżi terzi.