2. L-appoġġ fil-qafas tal-Istrument jista’ jiġi wkoll implimentat skont ir-regoli applikabbli għal Garanzija għall-Azzjoni Esterna stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2021/947 (“Garanzija għall-Azzjoni Esterna”) u jikkontribwixxi għall-proviżjonament favur il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha wkoll tappoġġa l-operazzjonijiet abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom (17).
Ir-rata ta’ proviżjonament għall-operazzjonijiet tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna li għalihom jikkontribwixxi l-appoġġ fil-qafas tal-Istrument għandha tkun ta’ 9 %.