+Artikolu 13 2

Artikolu 13 2

2.   L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2(1) għandhom b’mod partikolari jintlaħqu permezz tal-miżuri li ġejjin:

(a)

tisħiħ tal-proċeduri u s-sistemi tal-qafas regolatorju;

(b)

stabbiliment ta’ arranġamenti effettivi għall-prevenzjoni ta’ aċċidenti b’konsegwenzi radjoloġiċi, inkluż l-esponiment aċċidentali, kif ukoll il-mitigazzjoni ta’ konsegwenzi bħal dawn fil-każ li jseħħu;

(c)

żvilupp u implimentazzjoni ta’ strateġiji u oqfsa, metodoloġiji, teknoloġija u approċċi, għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv;

(d)

appoġġ għall-iżgurar tas-sikurezza tal-installazzjonijiet u siti nukleari fir-rigward tal-miżuri protettivi prattiċi mfassla biex jitnaqqsu r-riskji eżistenti relatati mar-radjazzjoni għas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali;

(e)

żvilupp u implimentazzjoni ta’ strateġiji u oqfsa għad-dekummissjonar ta’ installazzjonijiet nukleari eżistenti, għar-rimedjazzjoni ta’ dawk li kienu siti nukleari u siti storiċi relatati mat-tħaffir għall-uranju, u għall-irkupru u l-ġestjoni ta’ oġġetti u materjal radjuattiv mgħarraq fil-baħar;

(f)

stabbiliment tal-qafas regolatorju, il-metodoloġiji, it-teknoloġija u l-approċċi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ salvagwardji nukleari, inkluż għar-rendikont u l-kontroll xierqa ta’ materjal fissili fil-livell tal-Istat u tal-operaturi;

(g)

appoġġ għall-infrastruttura u t-taħriġ tal-persunal;

(h)

provvista limitata ta’ tagħmir f’każijiet eċċezzjonali għall-operaturi tal-impjanti tal-enerġija nukleari, kif imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1.

F’każijiet speċifiċi u debitament ġustifikati, miżuri li jikkonċernaw il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu implimentati permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-operaturi u/jew organizzazzjonijiet kompetenti tal-Istati Membri u mal-operaturi tal-installazzjonijiet nukleari ta’ pajjiżi terzi kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/71/Euratom.

L-Artikolu 7(3) ma għandux japplika għal miżuri li jikkonċernaw il-punt (h) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.06.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0948
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.