|
+Artikolu 8 2. |
Artikolu 8 2.F’konformità mal-paragrafu 1, il-JTF għandu jappoġġja esklużivament l-attivitajiet li ġejjin:
(a)
investimenti produttivi fl-SMEs, inkluż mikrointrapriżi u negozji ġodda, li jwasslu għal diversifikazzjoni, modernizzazzjoni u rikonverżjoni ekonomiċi;
(b)
investimenti fil-ħolqien ta’ ditti ġodda, inkluż permezz ta’ inkubaturi tan-negozju u servizzi ta’ konsulenza, li jwasslu għall-ħolqien ta’ impjiegi;
(c)
investimenti f’attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni, inkluż mill-universitajiet u organizzazzjonijiet tar-riċerka pubblika, u t-trawwim ta’ trasferiment ta’ teknoloġiji avvanzati;
(d)
investimenti fl-użu tat-teknoloġija kif ukoll f’sistemi u infrastrutturi għal enerġija nadifa affordabbli, inkluż teknoloġiji tal-ħżin tal-enerġija, u fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra;
(e)
investimenti fl-enerġija rinnovabbli skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), inkluż il-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fiha, u fl-effiċjenza enerġetika, inkluż għall-finijiet tat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku;
(f)
investimenti f’mobbiltà lokali intelliġenti u sostenibbli, inkluż id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport lokali u l-infrastruttura tiegħu, kif ukoll il-varar tal-infrastruttura tal-irriċarġjar;
(g)
ir-riabilitazzjoni u l-aġġornament tan-networks tat-tisħin distrettwali bil-ħsieb li tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tas-sistemi tat-tisħin distrettwali u l-investimenti fil-produzzjoni tas-sħana sakemm l-installazzjonijiet tal-produzzjoni tas-sħana jkunu fornuti esklużivament minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli;
(h)
investimenti fid-diġitalizzazzjoni, l-innovazzjoni diġitali u l-konnettività diġitali;
(i)
investimenti fir-riġenerazzjoni u d-dekontaminazzjoni ta’ siti abbandunati, l-ilma, ir-restawr tal-art u inkluż, fejn meħtieġ, infrastruttura ekoloġika u proġetti bi skop ġdid, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”;
(j)
investimenti fit-titjib tal-ekonomija ċirkolari, inkluż permezz tal-prevenzjoni, it-tnaqqis, l-effiċjenza fir-riżorsi, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart;
(k)
it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u persuni li qed ifittxu impjieg;
(l)
għajnuna fit-tiftix għal min ikun qed ifittex impjieg;
(m)
l-inklużjoni attiva ta’ min ikun qed ifittxu impjieg;
(n)
assistenza teknika;
(o)
attivitajiet oħra fl-oqsma tal-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali inkluż, fejn debitament ġustifikat, investimenti f’infrastruttura għall-finijiet ta’ ċentri ta’ taħriġ, faċilitajiet ta’ kura tat-tfal u tal-anzjani kif indikat fil-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta skont l-Artikolu 11;
(p)
il-promozzjoni tal-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli;
(q)
l-appoġġ għas-sistemi tal-ħżin tal-enerġija meta jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomiji reġjonali u għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja. Il-JTF jista’ jappoġġja investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE dment li dawn l-investimenti jkunu ġew approvati bħala parti mill-pjan ta’ tranżizzjoni territorjali bbażat fuq l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (i) tal-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-Regolament. Dawn l-investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta. Il-JTF jista’ jappoġġa wkoll investimenti produttivi f’intrapriżi għajr l-SMEs, filwaqt li jinżamm enfasi fuq l-SMEs. Tali investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta, meta l-appoġġ tagħhom huwa meħtieġ għall-ħolqien ta’ impjiegi fit-territorju identifikat u meta ma jwasslux għal rilokazzjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (27), tar-Regolament (UE) 2021/1060. L-għoti ta’ tali appoġġ ma għandux jirrikjedi reviżjoni tal-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta fejn dik ir-reviżjoni tkun marbuta esklużivament mal-analiżi tal-lakuni. Għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2024/795, l-apprendistati u l-impjiegi, l-edukazzjoni jew it-taħriġ għal ħiliet ġodda għandhom jiġu kkunsidrati fil-proċess tal-għażla. Għall-operazzjonijiet attribwiti Siġill ta’ Eċċellenza kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (45), tar-Regolament (UE) 2021/1060 u għal proġetti li jipparteċipaw direttament fi proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni li l-Kummissjoni sabet li huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2021 bit-titolu “Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni”, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tiddeċiedi li tagħti appoġġ mill-JTF direttament, dment li tali operazzjonijiet jikkontribwixxu għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|