+Artikolu 8 Ambitu tal-appoġġ
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
|
Artikolu 8 Ambitu tal-appoġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Il-JTF għandu jappoġġja biss attivitajiet li huma direttament marbuta mal-objettiv speċifiku tiegħu kif stipulat fl-Artikolu 2 u li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta stabbiliti skont l-Artikolu 11.
|
|
Artikolu 8 2.
|
F’konformità mal-paragrafu 1, il-JTF għandu jappoġġja esklużivament l-attivitajiet li ġejjin:
(a)
investimenti produttivi fl-SMEs, inkluż mikrointrapriżi u negozji ġodda, li jwasslu għal diversifikazzjoni, modernizzazzjoni u rikonverżjoni ekonomiċi;
(b)
investimenti fil-ħolqien ta’ ditti ġodda, inkluż permezz ta’ inkubaturi tan-negozju u servizzi ta’ konsulenza, li jwasslu għall-ħolqien ta’ impjiegi;
(c)
investimenti f’attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni, inkluż mill-universitajiet u organizzazzjonijiet tar-riċerka pubblika, u t-trawwim ta’ trasferiment ta’ teknoloġiji avvanzati;
(d)
investimenti fl-użu tat-teknoloġija kif ukoll f’sistemi u infrastrutturi għal enerġija nadifa affordabbli, inkluż teknoloġiji tal-ħżin tal-enerġija, u fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra;
(e)
investimenti fl-enerġija rinnovabbli skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
), inkluż il-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fiha, u fl-effiċjenza enerġetika, inkluż għall-finijiet tat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku;
▼M2
(f)
investimenti f’mobbiltà lokali intelliġenti u sostenibbli, inkluż id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport lokali u l-infrastruttura tiegħu, kif ukoll il-varar tal-infrastruttura tal-irriċarġjar;
▼B
(g)
ir-riabilitazzjoni u l-aġġornament tan-networks tat-tisħin distrettwali bil-ħsieb li tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tas-sistemi tat-tisħin distrettwali u l-investimenti fil-produzzjoni tas-sħana sakemm l-installazzjonijiet tal-produzzjoni tas-sħana jkunu fornuti esklużivament minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli;
(h)
investimenti fid-diġitalizzazzjoni, l-innovazzjoni diġitali u l-konnettività diġitali;
▼M2
(i)
investimenti fir-riġenerazzjoni u d-dekontaminazzjoni ta’ siti abbandunati, l-ilma, ir-restawr tal-art u inkluż, fejn meħtieġ, infrastruttura ekoloġika u proġetti bi skop ġdid, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”;
▼B
(j)
investimenti fit-titjib tal-ekonomija ċirkolari, inkluż permezz tal-prevenzjoni, it-tnaqqis, l-effiċjenza fir-riżorsi, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart;
(k)
it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u persuni li qed ifittxu impjieg;
(l)
għajnuna fit-tiftix għal min ikun qed ifittex impjieg;
(m)
l-inklużjoni attiva ta’ min ikun qed ifittxu impjieg;
(o)
attivitajiet oħra fl-oqsma tal-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali inkluż, fejn debitament ġustifikat, investimenti f’infrastruttura għall-finijiet ta’ ċentri ta’ taħriġ, faċilitajiet ta’ kura tat-tfal u tal-anzjani kif indikat fil-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta skont l-Artikolu 11;
▼M2
(p)
il-promozzjoni tal-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibbli;
(q)
l-appoġġ għas-sistemi tal-ħżin tal-enerġija meta jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomiji reġjonali u għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja.
Il-JTF jista’ jappoġġja investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE dment li dawn l-investimenti jkunu ġew approvati bħala parti mill-pjan ta’ tranżizzjoni territorjali bbażat fuq l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (i) tal-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-Regolament. Dawn l-investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta. Il-JTF jista’ jappoġġa wkoll investimenti produttivi f’intrapriżi għajr l-SMEs, filwaqt li jinżamm enfasi fuq l-SMEs. Tali investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta, meta l-appoġġ tagħhom huwa meħtieġ għall-ħolqien ta’ impjiegi fit-territorju identifikat u meta ma jwasslux għal rilokazzjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (27), tar-Regolament (UE) 2021/1060. L-għoti ta’ tali appoġġ ma għandux jirrikjedi reviżjoni tal-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta fejn dik ir-reviżjoni tkun marbuta esklużivament mal-analiżi tal-lakuni. Għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ STEP imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2024/795, l-apprendistati u l-impjiegi, l-edukazzjoni jew it-taħriġ għal ħiliet ġodda għandhom jiġu kkunsidrati fil-proċess tal-għażla. Għall-operazzjonijiet attribwiti Siġill ta’ Eċċellenza kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (45), tar-Regolament (UE) 2021/1060 u għal proġetti li jipparteċipaw direttament fi proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni li l-Kummissjoni sabet li huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2021 bit-titolu “Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni”, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tiddeċiedi li tagħti appoġġ mill-JTF direttament, dment li tali operazzjonijiet jikkontribwixxu għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.09.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1056
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|