Artikolu 14
Sat-30 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-implimentazzjoni tal-JTF fir-rigward tal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 2, filwaqt li tqis il-bidliet possibbli fir-Regolament (UE) 2020/852 u, l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti f’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“Liġi Ewropea dwar il-Klima”), u l-evoluzzjoni fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jista’ jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi.