+REGOLAMENT (UE) 2021/1056 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
---+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 Objettiv speċifiku
---+Artikolu 3 Il-kopertura ġeografika u r-riżorsi skont il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 4 Riżorsi mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 5 Mekkaniżmu ta’ Kumpens Ekoloġiku
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 6 Allokazzjonijiet speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer
---+Artikolu 7 Aċċess kondizzjonali għar-riżorsi
------+Artikolu 7 1.
------+Artikolu 7 2.
------+Artikolu 7 3.
------+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 8 Ambitu tal-appoġġ
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 9 L-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ
---+Artikolu 10 Il-programmazzjoni tar-riżorsi tal-JTF
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
------+Artikolu 10 4.
------+Artikolu 10 5.
------+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 11 Il-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 11 3.
------+Artikolu 11 4.
------+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 12 Indikaturi
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 13 Korrezzjonijiet finanzjarji
---+Artikolu 14 Rieżami
---+Artikolu 15 Dħul fis-seħħ
---+ANNESS I ALLOKAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
---+ANNESS II MUDELL GĦALL-PJANIJIET TERRITORJALI GĦAL TRANŻIZZJONI ĠUSTA
---+ANNESS III INDIKATURI KOMUNI TAL-OUTPUT U INDIKATURI KOMUNI TAR-RIŻULTATI GĦALL-FOND GĦAL TRANŻIZZJONI ĠUSTA (7)
English - European Union - Environment -

REGOLAMENT (UE) 2021/1056 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta

REGOLAMENT (UE) 2021/1056 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Ġunju 2021

li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) biex jipprovdi appoġġ lin-nies, l-ekonomiji u l-ambjent tat-territorji li jiffaċċjaw sfidi soċjoekonomiċi serji li jirriżultaw mill-proċess ta’ tranżizzjoni lejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 dwar l-enerġija u l-klima kif definiti fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050.

Huwa jistabbilixxi l-objettiv speċifiku tal-JTF, il-kopertura ġeografika u r-riżorsi tiegħu, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ tiegħu fir-rigward tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/1060, kif ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ipprogrammar u l-indikaturi meħtieġa għall-monitoraġġ.

Artikolu 2 Objettiv speċifiku

Artikolu 2

Objettiv speċifiku

“F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-JTF għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku li jippermetti lir-reġjuni u lin-nies jindirizzaw l-impatti soċjali, l-impjiegi, ekonomiċi u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 dwar l-enerġija u l-klima u ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050, abbażi tal-Ftehim ta’ Pariġi. Il-JTF jista’ jappoġġa wkoll investimenti li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP) imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

Artikolu 3 Il-kopertura ġeografika u r-riżorsi skont il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir
Artikolu 4 Riżorsi mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru
Artikolu 5 Mekkaniżmu ta’ Kumpens Ekoloġiku
Artikolu 6 Allokazzjonijiet speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer

Artikolu 6

Allokazzjonijiet speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer

Meta jħejju l-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta tagħhom skont l-Artikolu 11(1), l-Istati Membri għandhom iqisu b’mod partikolari s-sitwazzjoni tal-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi li jiffaċċjaw sfidi soċjoekonomiċi serji li jirriżultaw mill-proċess ta’ tranżizzjoni lejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 dwar l-enerġija u l-klima u ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom kif rikonoxxut fl-Artikoli 174 u 349 TFUE.

Meta jinkludu tali territorji fil-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta tagħhom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont speċifiku allokat għal dawk it-territorji bil-ġustifikazzjoni korrispondenti, filwaqt li jqisu l-isfidi speċifiċi ta’ dawk it-territorji.

Artikolu 7 Aċċess kondizzjonali għar-riżorsi
Artikolu 8 Ambitu tal-appoġġ
Artikolu 9 L-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ

Artikolu 9

L-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ

Il-JTF ma għandux jgħin:

(a) 

id-dekummissjonar jew il-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari;

(b) 

il-manifattura, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ tabakk u prodotti tat-tabakk;

(c) 

impriża f’diffikultà, kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 ( 5 ), sakemm ma tkunx awtorizzata taħt regoli temporanji dwar l-għajnuna mill-Istat stabbiliti biex jindirizzaw ċirkostanzi eċċezzjonali jew taħt għajnuna de minimis b’appoġġ għal investimenti li jnaqqsu l-ispejjeż tal-enerġija fil-kuntest tal-proċess ta’ tranżizzjoni tal-enerġija;

(d) 

investiment relatat mal-produzzjoni, l-ipproċessar, it-trasport, id-distribuzzjoni, il-ħżin jew il-kombustjoni tal-fjuwils fossili.

Artikolu 10 Il-programmazzjoni tar-riżorsi tal-JTF
Artikolu 11 Il-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta
Artikolu 12 Indikaturi
Artikolu 13 Korrezzjonijiet finanzjarji

Artikolu 13

Korrezzjonijiet finanzjarji

Abbażi tal-eżami tar-rapport finali dwar il-prestazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni tista’ tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji skont l-Artikolu104 tar-Regolament (UE) 2021/1060 fejn jinkisbu inqas minn 65 % tal-mira stabbilita għal indikatur, wieħed jew aktar, tal-output.

Il-korrezzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu proporzjonati mal-kisbiet u ma għandhomx jiġu applikati meta n-nuqqas li jintlaħqu l-miri jkun dovut għall-impatt ta’ fatturi soċjoekonomiċi jew ambjentali, bidliet sinifikanti fil-kondizzjonijiet ekonomiċi jew ambjentali fl-Istat Membru kkonċernat jew minħabba raġunijiet ta’ force majeure li jaffettwaw serjament l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ikkonċernati.

Artikolu 14 Rieżami

Artikolu 14

Rieżami

Sat-30 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-implimentazzjoni tal-JTF fir-rigward tal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 2, filwaqt li tqis il-bidliet possibbli fir-Regolament (UE) 2020/852 u, l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti f’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“Liġi Ewropea dwar il-Klima”), u l-evoluzzjoni fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jista’ jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi.

Artikolu 15 Dħul fis-seħħ

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS I ALLOKAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI




ANNESS I

ALLOKAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI



 

Allokazzjonijiet mill-Istrument għall-Irkupru tal-Unjoni Ewropea

Allokazzjonijiet mir-riżorsi tal-QFP

Allokazzjonijiet totali

Sehem l-Istati Membri mit-total

Il-Belġju

95

71

166

0,95  %

Il-Bulgarija

673

505

1 178

6,73  %

Iċ-Ċekja

853

640

1 493

8,53  %

Id-Danimarka

46

35

81

0,46  %

Il-Ġermanja

1 288

966

2 254

12,88  %

L-Estonja

184

138

322

1,84  %

L-Irlanda

44

33

77

0,44  %

Il-Greċja

431

324

755

4,31  %

Spanja

452

339

790

4,52  %

Franza

535

402

937

5,35  %

Il-Kroazja

97

72

169

0,97  %

L-Italja

535

401

937

5,35  %

Ċipru

53

39

92

0,53  %

Il-Latvja

100

75

174

1,00  %

Il-Litwanja

142

107

249

1,42  %

Il-Lussemburgu

5

4

8

0,05  %

L-Ungerija

136

102

237

1,36  %

Malta

12

9

21

0,12  %

Netherlands

324

243

567

3,24  %

L-Awstrija

71

53

124

0,71  %

Il-Polonja

2 000

1 500

3 500

20,00  %

Il-Portugall

116

87

204

1,16  %

Ir-Rumanija

1 112

834

1 947

11,12  %

Is-Slovenja

134

101

235

1,34  %

Is-Slovakkja

239

179

418

2,39  %

Il-Finlandja

242

182

424

2,42  %

L-Iżvezja

81

61

142

0,81  %

L-UE 27

10 000

7 500

17 500

100,00  %

Allokazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR, fi prezzijiet tal-2018 u qabel tnaqqis għal assistenza teknika u nefqa amministrattiva (it-totali jistgħu ma jaqblux minħabba arrotondamenti ’l fuq jew ’l isfel)

ANNESS II MUDELL GĦALL-PJANIJIET TERRITORJALI GĦAL TRANŻIZZJONI ĠUSTA




ANNESS II

MUDELL GĦALL-PJANIJIET TERRITORJALI GĦAL TRANŻIZZJONI ĠUSTA

1. Ħarsa ġenerali lejn il-proċess ta’ tranżizzjoni u l-identifikazzjoni tal-aktar territorji milquta b’mod negattiv fl-Istat Membru

Il-kaxxa tat-test [12000]

Referenza: il-punt (a) tal-Artikolu 11(2)

1.1. Deskrizzjoni tal-proċess ta’ tranżizzjoni mistenni lejn il-miri tal-Unjoni għall-2030 dwar l-enerġija u l-klima u ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050, f’konformità mal-objettivi tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u pjanijiet oħra ta’ tranżizzjoni eżistenti bi skeda ta’ żmien għall-waqfien jew it-tnaqqis tal-attivitajiet bħall-estrazzjoni tal-faħam u tal-linjite jew il-produzzjoni tal-elettriku bil-faħam

Referenza: il-punt (b) tal-Artikolu 11(2)

1.2. L-identifikazzjoni tat-territorji li mistennija jkunu l-aktar milquta b’mod negattiv u ġustifikazzjoni ta’ din l-għażla bl-istima korrispondenti tal-impatti ekonomiċi u fuq l-impjiegi abbażi tad-deskrizzjoni tat-Taqsima 1.1

Referenza: Artikolu 6

1.3. L-identifikazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer bi sfidi speċifiċi fit-territorji elenkati fit-Taqsima 1.1 u l-ammonti speċifiċi allokati għal dawk it-territorji b’ġustifikazzjoni korrispondenti

2. Valutazzjoni tal-isfidi ta’ tranżizzjoni, għal kull wieħed mit-territorji identifikati

2.1. Valutazzjoni tal-impatt ekonomiku, soċjali u territorjali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050

Referenza: il-punt (c) tal-Artikolu 11(2)

Il-kaxxa tat-test [12000]

L-identifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi u s-setturi industrijali milquta, li tiddistingwi:

— 
setturi li sejrin lura, li huma mistennija jieqfu jew inaqqsu b’mod sinifikanti l-attivitajiet tagħhom relatati mat-tranżizzjoni, inkluża skeda ta’ żmien korrispondenti;
— 
it-trasformazzjoni tas-setturi, li mistennija jgħaddu minn trasformazzjoni tal-attivitajiet, il-proċessi u l-outputs tagħhom.

Għal kull wieħed miż-żewġ tipi ta’ setturi:

— 
it-telf mistenni ta’ impjiegi u l-ħtiġijiet ta’ kwalifikazzjoni mill-ġdid, filwaqt li jitqiesu l-previżjonijiet tal-ħiliet;
— 
il-potenzjal ta’ diversifikazzjoni ekonomika u l-opportunitajiet ta’ żvilupp.

2.2. Il-ħtiġijiet u l-objettivi tal-iżvilupp sal-2030 bil-ħsieb li tinkiseb ekonomija tal-Unjoni newtrali għall-klima sal-2050

Referenza: il-punt (d) tal-Artikolu 11(2)

Il-kaxxa tat-test [6000]

— 
Il-ħtiġijiet tal-iżvilupp li jindirizza l-isfidi tat-tranżizzjoni;
— 
L-objettivi u r-riżultati mistennija permezz tal-implimentazzjoni tal-prijorità tal-JTF, inkluż il-kontribut mistenni f’termini ta’ ħolqien u preservazzjoni tal-impjiegi.

2.3. Il-konsistenza ma’ strateġiji u pjanijiet rilevanti nazzjonali, reġjonali jew territorjali oħra

Referenza: il-punt (e) tal-Artikolu 11(2)

Il-kaxxa tat-test [6000]

— 
Strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti;
— 
Strateġiji territorjali msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2021/...;
— 
Pjanijiet ta’ żvilupp reġjonali jew nazzjonali oħra.

2.4. Tipi ta’ operazzjonijiet previsti

Il-kaxxa tat-test [12000]

Referenza: il-punt (g) tal-Artikolu 11(2)

— 
tip ta’ operazzjonijiet previsti u l-kontribut mistenni tagħhom biex jittaffa l-impatt tat-tranżizzjoni

Referenza: il-punt (h) tal-Artikolu 11(2)

▼M2

Għandha timtela biss jekk jingħata appoġġ lil investimenti produttivi f’intrapriżi għajr l-SMEs:

— 
lista indikattiva tal-operazzjonijiet u l-intrapriżi li għandhom jiġi appoġġati u għal kull waħda minnhom ġustifikazzjoni tan-neċessità ta’ tali appoġġ, inkluż permezz, fejn meħtieġ għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, ta’ analiżi tal-lakuni li turi li t-telf mistenni ta’ impjiegi jaqbeż l-għadd mistenni ta’ impjiegi maħluqa fin-nuqqas tal-investiment

Aġġorna jew imla’ din it-taqsima permezz tar-reviżjoni tal-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta, skont id-deċiżjoni biex jingħata tali appoġġ.

▼B

Referenza: il-punt (i) tal-Artikolu 11(2);

Għandha timtela biss jekk jingħata sostenn lil investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE:

— 
lista ta’ operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u ġustifikazzjoni li dawn jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u jwasslu għal tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jmorru ħafna taħt il-parametri referenzjarji rilevanti stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE u sakemm ikunu meħtieġa għall-protezzjoni ta’ għadd sinifikanti ta’ impjiegi

Aġġorna jew imla din it-taqsima permezz tar-reviżjoni tal-pjanijiet territorjali għal tranżizzjoni ġusta, skont id-deċiżjoni li jiġi pprovdut tali appoġġ.

Referenza: il-punt (j) tal-Artikolu 11(2)

— 
sinerġiji u komplementarjetajiet tal-operazzjonijiet previsti ma’ programmi rilevanti oħra tal-Unjoni taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir (appoġġ għall-proċess ta’ tranżizzjoni), strumenti oħra ta’ finanzjament (il-Fond tal-Unjoni għall-Modernizzazzjoni tal-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet) biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ żvilupp identifikati

Referenza: il-punt (k) tal-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(5)

— 
sinerġiji u komplementarjetajiet mal-appoġġ ippjanat mill-pilastri l-oħra tal-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta
— 
setturi u oqsma tematiċi previsti li jiġu appoġġati taħt il-pilastri l-oħra

3. Mekkaniżmi ta’ governanza

Referenza: il-punt (f) tal-Artikolu 11(2)

Il-kaxxa tat-test [5000]

3.1. Sħubija

— 
Arranġamenti għall-involviment ta’ sħab fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-pjan territorjali għal tranżizzjoni ġusta;
— 
L-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika

3.2. Monitoraġġ u evalwazzjoni

— 
Miżuri ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni ppjanati, inklużi indikaturi li jkejlu l-kapaċità tal-pjan li jilħaq l-objettivi tiegħu

3.3. Korp/korpi ta’ koordinazzjoni u ta’ monitoraġġ

Korp jew korpi responsabbli għall-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-pjan u r-rwol tagħhom

4. Indikaturi tal-output jew tar-riżultat speċifiċi għal programm

Referenza: Artikolu 12(1)

Għandha timtela biss jekk ikunu previsti indikaturi speċifiċi għal programm:

— 
ġustifikazzjoni għall-ħtieġa ta’ indikaturi tal-output jew tar-riżultat speċifiċi għal programm ibbażati fuq it-tipi ta’ operazzjonijiet previsti



Tabella 1.

Indikaturi tal-output

L-objettiv speċifiku

ID [5]

Indikatur [255]

Unità tal-kejl

Stadju importanti (2024)

Mira (2029)

 

 

 

 

 

 



Tabella 2.

Indikaturi tar-riżultati

L-objettiv speċifiku

ID [5]

Indikatur [255]

Unità tal-kejl

Xenarju bażi jew valur referenzjarju

Sena ta’ referenza

Mira (2029)

Sors tad-data [200]

Kummenti [200]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANNESS III INDIKATURI KOMUNI TAL-OUTPUT U INDIKATURI KOMUNI TAR-RIŻULTATI GĦALL-FOND GĦAL TRANŻIZZJONI ĠUSTA (7)




ANNESS III

INDIKATURI KOMUNI TAL-OUTPUT U INDIKATURI KOMUNI TAR-RIŻULTATI GĦALL-FOND GĦAL TRANŻIZZJONI ĠUSTA ( 7 )



Indikaturi Komuni tal-Output REGIO (RCO) u Indikaturi Komuni tar-Riżultati REGIO (RCR)

Outputs

Riżultati

RCO 01 — Intrapriżi appoġġati (li minnhom mikro, żgħar, medji, kbar) (*1)
RCO 02 — Intrapriżi appoġġati b’għotjiet
RCO 03 — Intrapriżi appoġġati minn strumenti finanzjarji
RCO 04 — Intrapriżi b’appoġġ mhux finanzjarju
RCO 05 — Intrapriżi ġodda appoġġati
RCO 07 — Organizzazzjonijiet ta’ riċerka li jipparteċipaw fi proġetti konġunti ta’ riċerka
RCO 10 — Intrapriżi li jikkooperaw ma’ organizzazzjonijiet ta’ riċerka ►C1  
RCO 121a – L-impriżi b’appoġġ biex jiksbu t-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE  ◄

RCR01 — Impjiegi maħluqa f’entitajiet appoġġati

RCR 102 — Impjiegi ta’ riċerka maħluqa f’entitajiet appoġġati

RCR 02 — Investimenti privati li jikkorrispondu għall-appoġġ pubbliku (li minnhom: għotjiet, strumenti finanzjarji) (*1)

RCR 03 — Intrapriżi żgħar u medji (SMEs) li jintroduċu innovazzjoni tal-prodotti jew tal-proċessi

RCR 04 — SMEs li jintroduċu innovazzjoni fil-kummerċjalizzazzjoni jew fl-organizzazzjoni

RCR 05 — SMEs li jinnovaw internament

RCR 06 — Applikazzjonijiet għal privattivi ppreżentati

RCR 29a — Emissjonijiet tal-gassijiet serra stmati minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE f’intrapriżi appoġġati

RCO 13 — Valur ta’ servizzi, prodotti u proċessi diġitali żviluppati għall-intrapriżi

RCR 11 — Utenti ta’ servizzi, prodotti u proċessi diġitali pubbliċi ġodda u aġġornati

RCR 12 — Utenti ta’ servizzi, prodotti u proċessi diġitali ġodda u aġġornati żviluppati mill-intrapriżi

RCO 15 — Kapaċità tal-inkubazzjoni maħluqa

RCR 17 — Intrapriżi ġodda li jibqgħu jeżistu fis-suq

RCR 18 — SMEs li jużaw servizzi ta’ inkubatur wara l-ħolqien tal-inkubatur

RCO 101 — SMEs li jinvestu f’ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, għal tranżizzjoni industrijali u imprenditorija

RCR 97 — Apprendistati appoġġati fl-SMEs

RCR 98 — Persunal tal-SMEs li jlestu taħriġ għall-ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, għal tranżizzjoni industrijali u imprenditorija (skont it-tip ta’ ħiliet: teknika, tmexxija, imprenditorija, ekoloġika, oħrajn) (*1)

RCO 18 — Abitazzjonijiet bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija

RCO 19 — Bini pubbliku bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija

RCO 20 — Linji tan-network għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali mibnija ġodda jew imtejba

RCO 104 — Għadd ta’ unitajiet ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja

RCR 26 — Konsum tal-enerġija primarja annwali (li minnu: abitazzjonijiet, binjiet pubbliċi, intrapriżi, oħrajn) (*1)

RCR 29 — Emissjonijiet tal-gassijiet serra stmati

▼M2

RCO 18 - Abitazzjonijiet affordabbli u sostenibbli bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija - abitazzjonijiet RCO 65 - Kapaċità ta’ akkomodazzjoni affordabbli, sostenibbli u soċjali ġdida jew modernizzata - persuni

RCR 26 - Konsum annwali tal-enerġija primarja (li minnu: abitazzjonijiet affordabbli u sostenibbli, binjiet pubbliċi, intrapriżi, oħrajn) - MWh/sena RCR 29 - Emissjonijiet tal-gassijiet serra stmati - tunnellati ta’ CO2 eq./sena RCR 67 - Utenti annwali ta’ akkomodazzjoni affordabbli, sostenibbli u soċjali ġdida jew modernizzata - utenti/sena

▼B

RCO 22 — Kapaċità tal-produzzjoni addizzjonali tal-enerġija rinnovabbli (li minnha: elettrika, termali) (*1)

RCR 31 — Enerġija rinnovabbli totali prodotta (li minnha: elettrika, termali) (*1)

RCR 32 — Kapaċità operattiva addizzjonali installata għall-enerġija rinnovabbli

RCO 34 — Kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ tal-iskart

RCO 107 — Investimenti f’faċilitajiet għal ġbir ta’ skart separat

RCO 119 — Skart imħejji għall-użu mill-ġdid

RCR 47 — Skart riċiklat

RCR 48 — Skart użat bħala materja prima

RCO 36 — Infrastruttura ekoloġika appoġġata għal skopijiet oħra minbarra l-adattament għat-tibdil fil-klima

RCO 38 — Superfiċje ta’ art riabilitata appoġġata

RCO 39 — Żona koperta minn sistemi ta’ monitoraġġ tat-tniġġis tal-arja installati

RCR 50 — Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri għall-kwalità tal-arja (*2)

RCR 52 — Art riabilitata użata għal żoni ekoloġiċi, akkomodazzjoni soċjali, użi ekonomiċi jew oħrajn

RCO 55 — Tul tal-linji tat-tram u tal-metro ġodda

RCO 56 — Tul tal-linji tat-tram u tal-metro mibnija mill-ġdid jew modernizzati

RCO 57 — Kapaċità ta’ vetturi ferrovjarji li jirrispettaw l-ambjent għat-trasport kollettiv pubbliku

RCO 58 — Infrastruttura ddedikata għaċ-ċikliżmu appoġġata

RCO 60 — Bliet kbar u żgħar b’sistemi ġodda jew modernizzati tat-trasport urban diġitalizzat

RCR 62 — Għadd ta’ utenti annwali ta’ trasport pubbliku ġdid jew modernizzat

RCR 63 — Għadd ta’ utenti annwali ta’ linji tat-tram u tal-metro ġodda jew modernizzati

RCR 64 — Għadd ta’ utenti annwali ta’ infrastruttura ddedikata għar-roti

RCO 61 — Superfiċje ta’ faċilitajiet ġodda jew modernizzati għas-servizzi tal-impjieg

RCR 65 — Għadd ta’ utenti annwali ta’ faċilitajiet ġodda jew modernizzati għas-servizzi tal-impjieg

RCO 66 — Kapaċità fil-klassijiet ta’ faċilitajiet ġodda jew modernizzati ta’ kura tat-tfal

RCO 67 — Kapaċità fil-klassijiet ta’ faċilitajiet edukattivi ġodda jew modernizzati

RCR 70 — Għadd ta’ utenti annwali ta’ faċilitajiet ġodda jew modernizzati tal-indukrar tat-tfal

RCR 71 — Għadd ta’ utenti annwali ta’ faċilitajiet edukattivi ġodda jew modernizzati

RCO 113 — Popolazzjoni koperta minn proġetti fil-qafas ta’ azzjonijiet integrati għall-inklużjoni soċjoekonomika ta’ komunitajiet emarġinati, familji bi dħul baxx u gruppi żvantaġġati (*2)

 

RCO 69 — Kapaċità tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa ġodda jew modernizzati

RCO 70 — Kapaċità tal-faċilitajiet tal-kura soċjali ġodda jew modernizzati (minbarra l-akkomodazzjoni)

RCR 72 — Għadd ta’ utenti annwali tas-servizzi elettroniċi tal-kura tas-saħħa ġodda jew modernizzati

RCR 73 — Għadd ta’ utenti annwali ta’ faċilitajiet tal-kura tas-saħħa ġodda jew modernizzati

RCR 74 — Għadd ta’ utenti annwali ta’ faċilitajiet tal-kura soċjali ġodda jew modernizzati

Indikaturi Komuni tal-Output Immedjat (EECO) u Indikaturi Komuni tar-Riżultati Immedjati (EECR) għall-parteċipanti (1) , (2)

Outputs

Riżultati

EECO 01 — persuni qiegħda, inkluż dawk qiegħda fit-tul (*2)

EECO 02 — persuni qiegħda fit-tul (*2)

EECO 03 — persuni inattivi (*2)

EECO 04 — impjegati, inkluż dawk b’impjieg indipendenti (*2)

EECO 05 — għadd ta’ tfal taħt it-18-il sena (*2)

EECO 06 — għadd ta’ żgħażagħ bejn it-18 u d-29 sena (*2)

EECO 07 — għadd ta’ parteċipanti ta’ 55 sena jew aktar (*2)

EECO 08 — persuni b’edukazzjoni sekondarja baxxa jew inqas (ISCED 0-2) (*2)

EECO 09 — persuni b’edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) jew edukazzjoni postsekondarja (ISCED 4) (*2)

EECO 10 — persuni b’edukazzjoni terzjarja (ISCED 5 sa 8) (*2)

EECO 11 — għadd totali ta’ parteċipanti (3)

EECR 01 — parteċipanti li jfittxu impjieg meta jitilqu (*2)

EECR 02 — parteċipanti li qed jirċievu edukazzjoni jew taħriġ meta jitilqu (*2)

EECR 03 — parteċipanti li jiksbu kwalifika meta jitilqu (*2)

EECR 04 — parteċipanti b’impjieg, inkluż dawk b’impjieg indipendenti, meta jitilqu (*2)

(*1)   

It-tqassim mhux mitlub għall-programmazzjoni iżda għar-rapportar biss.

(*2)   

Id-data rrapportata hija data personali skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(1)   

Iridu jiġu rrapportati l-indikaturi kollha tal-output u tar-riżultati relatati mal-parteċipanti.

(2)   

Id-data personali għandha tinqasam skont il-ġeneru (nisa, irġiel, persuni mhux binarji, skont il-liġi nazzjonali).


Jekk xi riżultati ma jkunux possibbli, id-data għal dawk ir-riżultati ma għandhiex għalfejn tinġabar jew tiġi rrapportata.


Fejn xieraq, indikaturi komuni tal-output jistgħu jiġu rrapportati abbażi tal-grupp fil-mira tal-operazzjoni.


Fejn id-data tinġabar minn reġistri jew minn sorsi ekwivalenti, l-Istati Membri jistgħu jużaw definizzjonijiet nazzjonali.

(3)   

Dan l-indikatur għandu jiġi kkalkulat awtomatikament abbażi tal-indikaturi komuni tal-output relatati mal-istatus tal-impjieg.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.09.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1056
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.