+Artikolu 8 Ġestjoni ta’ kontribuzzjonijiet mill-Istati Parteċipanti
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
|
Artikolu 8 Ġestjoni ta’ kontribuzzjonijiet mill-Istati Parteċipanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Kull Stat Parteċipanti għandu jagħmel impenn indikattiv tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali tagħhom f’azzjonijiet indiretti lill-Impriża Konġunta. Tali impenn għandu jsir kull sena lill-Impriża Konġunta qabel l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma. Flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/695, jew fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2021/694 u fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1153, il-programm ta’ ħidma jista’ jinkludi, bħala anness, kriterji ta’ eliġibbiltà rigward il-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali nazzjonali. Kull Stat Parteċipanti għandu jafda lill-Impriża Konġunta bl-evalwazzjoni tal-proposti skont ir-regoli tal-Orizzont Ewropa. L-għażla ta’ proposti għandha tkun ibbażata fuq il-lista ta’ klassifikazzjoni pprovduta mill-kumitat ta’ evalwazzjoni. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddevja minn dik il-lista f’każijiet debitament ġustifikati kif jinsab fil-programm ta’ ħidma biex jiżgura l-konsistenza ġenerali tal-approċċ ta’ portafoll. Kull Stat Parteċipanti għandu dritt ta’ veto fuq il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw l-użu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali tiegħu stess lill-Impriża Konġunta għall-applikanti stabbiliti f’dawk l-Istati Parteċipanti, abbażi ta’ prijoritajiet strateġiċi nazzjonali.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Kull Stat Parteċipanti għandu jikkonkludi ftehim amministrattiv wieħed jew aktar mal-Impriża Konġunta li jistabbilixxi l-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni għall-pagament ta’ kontribuzzjonijiet, u r-rappurtar dwarhom, lill-applikanti stabbiliti f’dak l-Istat Parteċipanti. Tali ftehim għandu jinkludi l-iskeda, il-kondizzjonijiet ta’ pagament, ir-rekwiżiti ta’ rappurtar u ta’ awditjar. Kull Stat Parteċipanti għandu jagħmel ħiltu biex jissinkronizza l-iskeda ta’ pagamenti, ir-rappurtar u l-awditi tiegħu ma’ dawk tal-Impriża Konġunta u jikkonvergi r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-kostijiet mar-regoli tal-Orizzont Ewropa.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Fil-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2, kull Stat Parteċipanti jista’ jafda lill-Impriża Konġunta bil-pagament tal-kontribuzzjoni tagħha lill-benefiċjari tagħha. Wara l-għażla ta’ proposti. l-Istat Parteċipanti għandu jimpenja l-ammont neċessarju għall-pagamenti. L-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istat Parteċipanti jistgħu jawditjaw il-kontribuzzjonijiet nazzjonali rispettivi tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|