|
+Artikolu 8 1. |
Artikolu 8 1.Kull Stat Parteċipanti għandu jagħmel impenn indikattiv tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali tagħhom f’azzjonijiet indiretti lill-Impriża Konġunta. Tali impenn għandu jsir kull sena lill-Impriża Konġunta qabel l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma. Flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/695, jew fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2021/694 u fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/1153, il-programm ta’ ħidma jista’ jinkludi, bħala anness, kriterji ta’ eliġibbiltà rigward il-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali nazzjonali. Kull Stat Parteċipanti għandu jafda lill-Impriża Konġunta bl-evalwazzjoni tal-proposti skont ir-regoli tal-Orizzont Ewropa. L-għażla ta’ proposti għandha tkun ibbażata fuq il-lista ta’ klassifikazzjoni pprovduta mill-kumitat ta’ evalwazzjoni. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddevja minn dik il-lista f’każijiet debitament ġustifikati kif jinsab fil-programm ta’ ħidma biex jiżgura l-konsistenza ġenerali tal-approċċ ta’ portafoll. Kull Stat Parteċipanti għandu dritt ta’ veto fuq il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw l-użu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali tiegħu stess lill-Impriża Konġunta għall-applikanti stabbiliti f’dawk l-Istati Parteċipanti, abbażi ta’ prijoritajiet strateġiċi nazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|