+Artikolu 9 5.

Artikolu 9 5.

Wara sejħa għal espressjoni ta’ interess, l-entità tal-hosting imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Istat Parteċipanti korrispondenti fejn tkun stabbilita l-entità tal-hosting jew il-konsorzju tal-hosting korrispondenti għandhom jintgħażlu mill-Bord tat-Tmexxija bi proċess ġust u trasparenti bbażat, fost l-oħrajn, fuq il-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema ġenerali definiti fis-sejħa għal espressjoni ta’ interess;

(b) 

il-kost totali tas-sjieda tas-supercomputer tal-EuroHPC, inkluż stima preċiża u metodu ta’ verifika tal-kostijiet operatorji ta’ dan is-supercomputer tul il-ħajja tiegħu;

(c) 

l-esperjenza tal-entità tal-hosting fl-installazzjoni u fl-operazzjoni ta’ sistemi simili;

(d) 

il-kwalità tal-infrastruttura fiżika u tal-IT tal-faċilità tal-hosting, is-sigurtà tagħha u l-konnettività tagħha mal-bqija tal-Unjoni;

(e) 

il-kwalità tas-servizz lill-utenti, jiġifieri l-kapaċità tal-konformità mal-ftehim dwar il-livell ta’ servizz mogħti fost id-dokumenti mehmuża mal-proċedura ta’ għażla;

(f) 

il-provvista ta’ dokument ta’ sostenn xieraq li jagħti prova tal-impenn tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-entità tal-hosting jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Parteċipanti tal-konsorzju tal-hosting biex ikopru s-sehem tal-kost totali tas-sjieda tas-supercomputer tal-EuroHPC li ma jkunx kopert mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5 jew kwalunkwe kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 6, jew sakemm is-sjieda tiegħu tiġi trasferita mill-Impriża Konġunta lil dik l-entità tal-hosting inkella sakemm is-supercomputer jinbiegħ jew jiġi dekummissjonat f’każ li ma jsir l-ebda trasferiment tas-sjieda.

Għas-supercomputers ottimizzati permezz tal-IA, għandhom japplikaw il-kriterji tal-għażla addizzjonali li ġejjin għall-entitajiet tal-hosting:

(a) 

prossimità ma’ ċentru tad-data stabbilit jew konnessjoni ma’ ċentru tad-data stabbilit permezz ta’ networks b’veloċità għolja ħafna;

(b) 

il-viżjoni, il-pjanijiet u l-kapaċità tal-entità tal-hosting li tindirizza l-isfidi tal-ekosistema tan-negozji ġodda fil-qasam tal-IA, l-ekosistema tar-riċerka u l-innovazzjoni, u l-komunità tal-utenti tal-IA, u tipprovdi servizz ta’ supercomputing orjentat lejn l-IA ċentralizzat jew distribwit;

(c) 

il-kwalità u l-pertinenza tal-esperjenza u l-għarfien prattiku disponibbli fi ħdan it-tim li hu mistenni li jkun responsabbli għall-ambjent ta’ appoġġ tas-servizz tas-supercomputing orjentat lejn l-IA;

(d) 

il-pjanijiet għall-interazzjoni u l-kooperazzjoni ma’ fabbriki oħra tal-IA, maċ-Ċentri ta’ Kompetenza tal-EuroHPC u ċ-Ċentri ta’ Eċċellenza tal-EuroHPC u ma’ inizjattivi rilevanti tal-IA bħaċ-ċentri tan-negozji ġodda fil-qasam tal-Intelliġenza Artifiċjali, l-ekosistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali u d-data, il-Faċilitajiet għall-Ittestjar u l-Esperimentazzjoni fil-qasam tal-Intelliġenza Artifiċjali, il-pjattaforma ċentrali Ewropea tal-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali orjentati lejn l-Intelliġenza Artifiċjali u inizjattivi oħra relatati;

(e) 

il-kapaċitajiet eżistenti u l-pjanijiet futuri tal-entità tal-hosting biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-akkomunament tat-talent

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.