+Artikolu 9 Entità tal-hosting
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Article 9 5a.
---+Artikolu 9 6.
---+Article 9 6a.
---+Artikolu 9 7.

Artikolu 9 Entità tal-hosting

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
Is-supercomputers tal-EuroHPC għandhom ikunu jinsabu fi Stat Parteċipanti li jkun Stat Membru. F’każ li Stat Parteċipanti diġà jkun qed jospita supercomputer tal-EuroHPC li huwa supercomputer ta’ livell għoli jew medju, ma għandux ikun eliġibbli biex jipparteċipa f’sejħa għal espressjonijiet ta’ interess ġdida għall-ġenerazzjoni inkrimentali ta’ tali supercomputers qabel mill-inqas ħames snin mid-data ta’ għażla wara sejħa għal espressjonijiet ta’ interess preċedenti. F’każ tal-akkwist ta’ kompjuters kwantistiċi u simulaturi kwantistiċi, jew l-upgrade ta’ supercomputer tal-EuroHPC b’aċċelleraturi kwantistiċi, dak il-perijodu jitnaqqas għal sentejn.
Artikolu 9 2.
Għas-supercomputers tal-EuroHPC imsemmija fl-Artikoli 11, 12 u 14, l-entità tal-hosting tista’ tirrappreżenta Stat Parteċipanti li jkun Stat Membru jew konsorzju tal-hosting. L-entità tal-hosting u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Parteċipanti jew tal-Istati Parteċipanti f’konsorzju tal-hosting għandhom jidħlu fi ftehim għal dak il-għan.
Artikolu 9 3.
L-Impriża Konġunta għandha tafda lill-entità tal-hosting bl-operazzjoni ta’ kull supercomputer tal-EuroHPC individwali li jkun kompletament proprjetà tal-Impriża Konġunta, jew li jkun proprjetà konġunta f’konformità mal-Artikoli 11, 12 u 14.
Artikolu 9 4.
L-entitajiet tal-hosting imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jintgħażlu f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta msemmija fl-Artikolu 19.
Artikolu 9 5.

Wara sejħa għal espressjoni ta’ interess, l-entità tal-hosting imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Istat Parteċipanti korrispondenti fejn tkun stabbilita l-entità tal-hosting jew il-konsorzju tal-hosting korrispondenti għandhom jintgħażlu mill-Bord tat-Tmexxija bi proċess ġust u trasparenti bbażat, fost l-oħrajn, fuq il-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema ġenerali definiti fis-sejħa għal espressjoni ta’ interess;

(b) 

il-kost totali tas-sjieda tas-supercomputer tal-EuroHPC, inkluż stima preċiża u metodu ta’ verifika tal-kostijiet operatorji ta’ dan is-supercomputer tul il-ħajja tiegħu;

(c) 

l-esperjenza tal-entità tal-hosting fl-installazzjoni u fl-operazzjoni ta’ sistemi simili;

(d) 

il-kwalità tal-infrastruttura fiżika u tal-IT tal-faċilità tal-hosting, is-sigurtà tagħha u l-konnettività tagħha mal-bqija tal-Unjoni;

(e) 

il-kwalità tas-servizz lill-utenti, jiġifieri l-kapaċità tal-konformità mal-ftehim dwar il-livell ta’ servizz mogħti fost id-dokumenti mehmuża mal-proċedura ta’ għażla;

(f) 

il-provvista ta’ dokument ta’ sostenn xieraq li jagħti prova tal-impenn tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-entità tal-hosting jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Parteċipanti tal-konsorzju tal-hosting biex ikopru s-sehem tal-kost totali tas-sjieda tas-supercomputer tal-EuroHPC li ma jkunx kopert mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5 jew kwalunkwe kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 6, jew sakemm is-sjieda tiegħu tiġi trasferita mill-Impriża Konġunta lil dik l-entità tal-hosting inkella sakemm is-supercomputer jinbiegħ jew jiġi dekummissjonat f’każ li ma jsir l-ebda trasferiment tas-sjieda.

Għas-supercomputers ottimizzati permezz tal-IA, għandhom japplikaw il-kriterji tal-għażla addizzjonali li ġejjin għall-entitajiet tal-hosting:

(a) 

prossimità ma’ ċentru tad-data stabbilit jew konnessjoni ma’ ċentru tad-data stabbilit permezz ta’ networks b’veloċità għolja ħafna;

(b) 

il-viżjoni, il-pjanijiet u l-kapaċità tal-entità tal-hosting li tindirizza l-isfidi tal-ekosistema tan-negozji ġodda fil-qasam tal-IA, l-ekosistema tar-riċerka u l-innovazzjoni, u l-komunità tal-utenti tal-IA, u tipprovdi servizz ta’ supercomputing orjentat lejn l-IA ċentralizzat jew distribwit;

(c) 

il-kwalità u l-pertinenza tal-esperjenza u l-għarfien prattiku disponibbli fi ħdan it-tim li hu mistenni li jkun responsabbli għall-ambjent ta’ appoġġ tas-servizz tas-supercomputing orjentat lejn l-IA;

(d) 

il-pjanijiet għall-interazzjoni u l-kooperazzjoni ma’ fabbriki oħra tal-IA, maċ-Ċentri ta’ Kompetenza tal-EuroHPC u ċ-Ċentri ta’ Eċċellenza tal-EuroHPC u ma’ inizjattivi rilevanti tal-IA bħaċ-ċentri tan-negozji ġodda fil-qasam tal-Intelliġenza Artifiċjali, l-ekosistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali u d-data, il-Faċilitajiet għall-Ittestjar u l-Esperimentazzjoni fil-qasam tal-Intelliġenza Artifiċjali, il-pjattaforma ċentrali Ewropea tal-Intelliġenza Artifiċjali, iċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali orjentati lejn l-Intelliġenza Artifiċjali u inizjattivi oħra relatati;

(e) 

il-kapaċitajiet eżistenti u l-pjanijiet futuri tal-entità tal-hosting biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-akkomunament tat-talent

Article 9 5a.
An existing hosting entity may apply to become an AI factory. Following a call for expression of interest, an existing hosting entity shall be selected by the Governing Board through a fair and transparent process based, inter alia, on the selection criteria described in Article 9(5), second subparagraph, and provided that the hosting entity can demonstrate that its EuroHPC supercomputer has enough computing resources for training large scale, general-purpose AI models and emerging AI applications.
Artikolu 9 6.

Għas-supercomputers tal-EuroHPC ta’ grad industrijali msemmija fl-Artikolu 1, l-entità tal-hosting għandha tidħol fi ftehim ma’ konsorzju ta’ sħab privati għat-tħejjija tal-akkwist u għall-operazzjoni ta’ tali supercomputers jew partizzjonijiet ta’ supercomputers tal-EuroHPC.

Il-hosting ta’ supercomputer tal-EuroHPC ta’ grad industrijali għandu jirrispetta l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-Impriża Konġunta għandha tinkariga lill-entità tal-hosting bl-operazzjoni ta’ kull supercomputer tal-EuroHPC ta’ grad industrijali individwali li jkun proprjetà tagħha b’mod konġunt f’konformità mal-Artikolu 13;

(b) 

l-entitajiet tal-hosting għandhom jintgħażlu f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u mar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta msemmija fl-Artikolu 19;

(c) 

wara sejħa għal espressjoni ta’ interess, l-entità tal-hosting u l-konsorzju ta’ sħab privati assoċjat magħha għandhom jintgħażlu mill-Bord tat-Tmexxija bi proċess ġust u trasparenti bbażat, fost l-oħrajn, fuq il-bażi ta’ dawn li ġejjin:

(i) 

il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 5(a) sa 5(e) ta’ dan l-Artikolu; u

(ii) 

il-provvista ta’ dokument ta’ sostenn adegwat li jagħti prova tal-impenn tal-konsorzju ta’ sħab privati biex ikopru s-sehem tal-kost totali tas-sjieda tas-supercomputer tal-EuroHPC li mhux kopert mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5 jew minn kwalunkwe kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni kif stabbilita fl-Artikolu 6.

Article 9 6a.
For the AI-optimised supercomputers referred to in Article 12a, the hosting entity shall create a one-stop shop for users, including startups, small and medium-sized enterprises and scientific users, to facilitate access to its support services.
Artikolu 9 7.
L-entità tal-hosting magħżula tista’ tiddeċiedi li tistieden, soġġett għall-ftehim minn qabel tal-Kummissjoni, Stati Parteċipanti addizzjonali, jew konsorzju ta’ sħab privati, biex jingħaqdu mal-konsorzju tal-hosting. Il-kontribuzzjoni finanzjarja jew in natura, jew kwalunkwe impenn ieħor tal-Istati Parteċipanti jew tal-Membri Privati li jingħaqdu, ma għandhomx jaffettwaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti u l-perċentwal tal-ħin ta’ aċċess allokat lill-Unjoni fir-rigward ta’ dak is-supercomputer tal-EuroHPC kif definit fl-Artikoli 11, 12, 13, u 14.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.