|
+Artikolu 9 6. |
Artikolu 9 6.Għas-supercomputers tal-EuroHPC ta’ grad industrijali msemmija fl-Artikolu 1, l-entità tal-hosting għandha tidħol fi ftehim ma’ konsorzju ta’ sħab privati għat-tħejjija tal-akkwist u għall-operazzjoni ta’ tali supercomputers jew partizzjonijiet ta’ supercomputers tal-EuroHPC. Il-hosting ta’ supercomputer tal-EuroHPC ta’ grad industrijali għandu jirrispetta l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-Impriża Konġunta għandha tinkariga lill-entità tal-hosting bl-operazzjoni ta’ kull supercomputer tal-EuroHPC ta’ grad industrijali individwali li jkun proprjetà tagħha b’mod konġunt f’konformità mal-Artikolu 13;
(b)
l-entitajiet tal-hosting għandhom jintgħażlu f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u mar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta msemmija fl-Artikolu 19;
(c)
wara sejħa għal espressjoni ta’ interess, l-entità tal-hosting u l-konsorzju ta’ sħab privati assoċjat magħha għandhom jintgħażlu mill-Bord tat-Tmexxija bi proċess ġust u trasparenti bbażat, fost l-oħrajn, fuq il-bażi ta’ dawn li ġejjin:
(i)
il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 5(a) sa 5(e) ta’ dan l-Artikolu; u
(ii)
il-provvista ta’ dokument ta’ sostenn adegwat li jagħti prova tal-impenn tal-konsorzju ta’ sħab privati biex ikopru s-sehem tal-kost totali tas-sjieda tas-supercomputer tal-EuroHPC li mhux kopert mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 5 jew minn kwalunkwe kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni kif stabbilita fl-Artikolu 6. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|