+Artikolu 12 Akkwist u sjieda ta’ kompjuters kwantistiċi u ta’ simulaturi kwantistiċi
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.

Artikolu 12 Akkwist u sjieda ta’ kompjuters kwantistiċi u ta’ simulaturi kwantistiċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
L-Impriża Konġunta għandha takkwista kompjuters kwantistiċi u simulaturi kwantistiċi, li jistgħu jvarjaw minn piloti u sistemi sperimentali sa prototipi u sistemi operazzjonali bħala magni awtonomi jew ibridizzati b’magni ta’ livell għoli jew medju tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u aċċessibbli permezz tal-cloud, u għandha tkun sidthom.
Artikolu 12 2.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tkopri sa 50 % tal-kostijiet tal-akkwist b’żieda sa 50 % tal-kostijiet operatorji tal-kompjuters kwantistiċi u tas-simulaturi kwantistiċi.

Il-bqija tal-kost totali tas-sjieda tal-kompjuters kwantistiċi u tas-simulaturi kwantistiċi għandha tiġi koperta mill-Istat Parteċipanti fejn tkun stabbilita l-entità tal-hosting jew mill-Istati Parteċipanti fil-konsorzju tal-hosting, possibbilment issupplimentati mill-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6.

Artikolu 12 3.
L-għażla tal-fornitur tas-supercomputers kwantistiċi u tas-simulaturi kwantistiċi għandha tkun ibbażata fuq speċifikazzjonijiet ta’ offerta li għandhom jieħdu kont ta’ rekwiżiti tal-utenti u ta’ speċifikazzjonijiet tas-sistema ġenerali pprovduti mill-entità tal-hosting magħżula fl-applikazzjonijiet tagħha għas-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess. L-għażla għandha tindirizza wkoll is-sigurtà tal-katina tal-provvista.
Artikolu 12 4.
L-Impriża Konġunta tista’ taġixxi bħala l-ewwel utent u takkwista kompjuters kwantistiċi u simulaturi kwantistiċi li jintegraw teknoloġiji primarjament żviluppati fl-Unjoni.
Artikolu 12 5.
Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddeċiedi fil-programm ta’ ħidma, jekk debitament ġustifikat għal raġunijiet ta’ sigurtà, dwar kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni ta’ fornituri fl-akkwist tal-kompjuters kwantistiċi u tas-simulaturi kwantistiċi f’konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament (UE) 2021/694 jew dwar limitu tal-parteċipazzjoni ta’ fornituri għal raġunijiet ta’ sigurtà jew azzjonijiet direttament relatati mal-awtonomija strateġika tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 18(4) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 12 6.
Il-kompjuters kwantistiċi u s-simulaturi kwantistiċi għandhom ikunu jinsabu f’entità tal-hosting ta’ supercomputer tal-EuroHPC jew f’ċentru tas-supercomputing li jinsab fl-Unjoni.
Artikolu 12 7.
Mingħajr preġudizzju għall-istralċ tal-Impriża Konġunta, kif imsemmi fl-Artikolu 23(4) tal-Istatuti, mhux qabel erba’ snin wara li l-kompjuters kwantistiċi jew is-simulaturi kwantistiċi installati f’entità tal-hosting jgħaddu b’suċċess it-test ta’ aċċettazzjoni mill-Impriża Konġunta, is-sjieda tal-kompjuter kwantistiku jew tas-simulatur kwantistiku tista’ tiġi trasferita lil dik l-entità tal-hosting, il-kompjuter kwantistiku jew is-simulatur kwantistiku jista’ jinbiegħ lil entità oħra jew jiġi ddekummissjonat b’deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija u f’konformità mal-ftehim ta’ hosting. F’każ ta’ trasferiment tas-sjieda ta’ kompjuter kwantistiku jew ta’ simulatur kwantistiku, l-entità tal-hosting għandha tirrimborża lill-Impriża Konġunta l-valur residwu tas-supercomputer li jiġi trasferit. Jekk ma jkun hemm l-ebda trasferiment tas-sjieda lill-entità tal-hosting iżda deċiżjoni għad-dekummissjonar, il-kostijiet rilevanti għandhom jiġu kondiviżi b’mod ugwali bejn l-Impriża Konġunta u l-entità tal-hosting. L-Impriża Konġunta ma għandhiex tkun responsabbli għal xi kost imġarrab wara t-trasferiment tas-sjieda tal-kompjuter kwantistiku jew tas-simulatur kwantistiku jew wara l-bejgħ jew id-dekummissjonar tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.