|
+Artikolu 12b 19. |
Artikolu 12b 19.Wara sejħa għal espressjoni ta’ interess, il-Konsorzju ta’ gigafabbriki tal-IA għandu jintgħażel mill-Bord ta’ Tmexxija tal-Impriża Konġunta permezz ta’ proċess ġust u trasparenti, bl-appoġġ ta’ bord ta’ esperti indipendenti u ta’ istituzzjoni finanzjarja akkreditata maħtura mill-Bord ta’ Tmexxija biex twettaq evalwazzjoni, fuq il-bażi, fost l-oħrajn, tal-kriterji li ġejjin:
(a)
evalwazzjoni teknika:
(i)
l-objettivi u l-kwalità teknika tal-proposta;
(ii)
il-kwalità tal-pjan ta’ ħidma;
(iii)
il-kwalità tal-infrastruttura fiżika, tal-IT u tan-networking;
(iv)
il-kwalità tas-servizz, inkluż is-sigurtà u l-affidabbiltà;
(v)
is-sostenibbiltà u l-effiċjenza enerġetika;
(vi)
l-esperjenza u l-għarfien prattiku tal-konsorzju fl-istabbiliment ta’ faċilitajiet simili fuq skala kbira;
(b)
l-impatt potenzjali:
(i)
l-impatt fuq l-ekosistema Ewropea tal-IA, inkluż il-kompetittività u r-riżerva ta’ talent tagħha;
(ii)
il-valur miżjud tal-Unjoni, inkluż il-kontribut għall-awtonomija strateġika u s-sovranità teknoloġika;
(c)
il-fattibbiltà finanzjarja:
(i)
l-impenn ta’ investiment tal-Konsorzju ta’ gigafabbriki tal-IA;
(ii)
il-kwalità u l-vijabbiltà finanzjarja tal-mudell ta’ negozju propost, inkluż diliġenza dovuta li għandha titwettaq mill-istituzzjoni finanzjarja akkreditata maħtura. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|