+Artikolu 14 Akkwist u sjieda tas-supercomputers ta’ livell medju
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
|
Artikolu 14 Akkwist u sjieda tas-supercomputers ta’ livell medju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
L-Impriża Konġunta għandha takkwista, b’mod konġunt mal-awtoritajiet kontraenti tal-Istat Parteċipanti fejn tinsab l-entità tal-hosting jew mal-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Parteċipanti fil-konsorzju tal-hosting, is-supercomputers ta’ livell medju u għandha tkun koproprjetarju tagħhom.
|
|
Artikolu 14 2.
|
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tkopri sa 35 % tal-kostijiet tal-akkwist u sa 35 % tal-kostijiet operatorji tas-supercomputers ta’ livell medju. Il-bqija tal-kost totali tas-sjieda tas-supercomputers ta’ livell medju għandha tiġi koperta mill-Istat Parteċipanti fejn tkun stabbilita l-entità tal-hosting jew mill-Istati Parteċipanti fil-konsorzju tal-hosting, possibbilment issupplimentat mill-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6.
|
|
Artikolu 14 3.
|
L-għażla tal-fornitur tas-supercomputer ta’ livell medju għandha tkun ibbażata fuq speċifikazzjonijiet ta’ offerta li għandhom jieħdu kont ta’ rekwiżiti tal-utenti u ta’ speċifikazzjonijiet tas-sistema ġenerali pprovduti mill-entità tal-hosting magħżula fl-applikazzjonijiet tagħha għas-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess. L-għażla għandha tindirizza wkoll is-sigurtà tal-katina tal-provvista.
|
|
Artikolu 14 4.
|
L-Impriża Konġunta tista’ taġixxi bħala l-ewwel utent u takkwista supercomputers ta’ livell medju li jintegraw teknoloġiji orjentati lejn id-domanda, mmexxija mill-utenti u kompetittivi primarjament żviluppati fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 14 5.
|
Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddeċiedi fil-programm ta’ ħidma, jekk debitament ġustifikat għal raġunijiet ta’ sigurtà, li jimponi kondizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni ta’ fornituri fl-akkwist tal-kompjuters ta’ livell medju f’konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament (UE) 2021/694 jew li jillimita l-parteċipazzjoni ta’ fornituri għal raġunijiet ta’ sigurtà jew azzjonijiet direttament relatati mal-awtonomija strateġika tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 18(4) ta’ dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 14 6.
|
Mingħajr preġudizzju għall-istralċ tal-Impriża Konġunta, kif imsemmi fl-Artikolu 23(4) tal-Istatuti, il-parti tas-sjieda tas-supercomputer proprjetà tal-Impriża Konġunta għandha tiġi trasferita lill-entità tal-hosting wara d-deprezzament sħiħ tas-supercomputer. L-entità tal-hosting għandha tirrimborża lill-Impriża Konġunta l-valur residwu tas-supercomputer trasferit. L-Impriża Konġunta ma għandhiex tkun responsabbli għal xi kost imġarrab wara t-trasferiment tas-sjieda tas-supercomputer ta’ livell medju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|