+Artikolu 20 Persunal
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 6.
---+Artikolu 20 7.
---+Artikolu 20 8.

Artikolu 20 Persunal

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“Regolamenti tal-Persunal”) u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (“Kondizzjonijiet tal-Impjieg”) stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ( 6 ), u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-fini tal-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għall-persunal tal-Impriża Konġunta.
Artikolu 20 2.
Fir-rigward tal-persunal tal-Impriża Konġunta, il-Bord tat-Tmexxija għandu jeżerċita s-setgħat mogħtija bir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u bil-Kondizzjonijiet tal-Impjieg lill-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”).
Artikolu 20 3.
F’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u li tiddefinixxi l-kondizzjonijiet li fihom tista’ tiġi sospiża dik id-delega. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.
Artikolu 20 4.
Fejn iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali jirrikjedu dan, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddeċiedi li jissospendi b’mod temporanju d-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u kwalunkwe sottodelega sussegwenti ta’ dawk is-setgħat minn dan tal-aħħar. F’tali każijiet, il-Bord tat-Tmexxija għandu jeżerċita s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra huwa stess jew għandu jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal tal-Impriża Konġunta għajr id-Direttur Eżekuttiv.
Artikolu 20 5.
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta regoli ta’ implimentazzjoni xierqa li jagħtu effett lir-Regolamenti tal-Persunal u lill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, f’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Artikolu 20 6.
Ir-riżorsi tal-persunal għandhom jiġu stabbiliti fil-pjan ta’ stabbiliment tal-persunal tal-Impriża Konġunta, filwaqt li jiġi indikat in-numru ta’ pożizzjonijiet temporanji skont il-grupp ta’ funzjoni u skont il-grad, kif ukoll skont in-numru ta’ persunal bil-kuntratt espress f’ekwivalenti għal fulltime, f’konformità mal-baġit annwali tagħha.
Artikolu 20 7.
Il-persunal tal-Impriża Konġunta għandu jikkonsisti minn persunal temporanju u persunal bil-kuntratt.
Artikolu 20 8.
Il-kostijiet kollha relatati mal-persunal għandhom jiġġarbu mill-Impriża Konġunta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.