+Artikolu 24 4.
|
Artikolu 24 4.
Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim u evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta bħala parti mill-evalwazzjonijiet tal-Orizzont Ewropa msemmijin fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2021/695. L-evalwazzjoni interim għandha titwettaq bl-assistenza ta’ esperti indipendenti fuq il-bażi ta’ proċess trasparenti ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Orizzont Ewropa, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Orizzont Ewropa. L-evalwazzjonijiet għandhom jeżaminaw kif l-Impriża Konġunta twettaq il-missjoni tagħha f’konformità mal-objettivi ekonomiċi, teknoloġiċi, xjentifiċi, soċjetali u politiċi tagħha, inkluż l-objettivi relatati mal-klima, u jevalwaw l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-attivitajiet tagħha bħala parti mill-Orizzont Ewropa, is-sinerġiji u l-komplementaritajiet tagħha mal-inizjattivi rilevanti Ewropej, nazzjonali u, fejn rilevanti, reġjonali, inkluż sinerġiji ma’ partijiet oħra tal-Orizzont Ewropa, bħal missjonijiet, raggruppamenti jew programmi tematiċi jew speċifiċi. L-evalwazzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali, u għandhom, fejn rilevanti, jinkludu wkoll valutazzjoni tal-impatt xjentifiku, soċjetali, ekonomiku u rilevanti fit-tul għall-politika tal-Impriża Konġunta. Huma għandhom jinkludu wkoll valutazzjoni tal-aktar mod effettiv ta’ intervent ta’ politika għal kwalunkwe azzjoni futura, kif ukoll ir-rilevanza u l-koerenza ta’ kwalunkwe tiġdid possibbli tal-Impriża Konġunta fix-xenarju ġenerali tas-Sħubiji Ewropej u l-prijoritajiet ta’ politika tagħha.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|