+Artikolu 24 Monitoraġġ u evalwazzjoni
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.
---+Artikolu 24 7.
---+Artikolu 24 8.
---+Artikolu 24 9.

Artikolu 24 Monitoraġġ u evalwazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.
L-attivitajiet tal-Impriża Konġunta għandhom ikunu soġġetti għal monitoraġġ kontinwu u rieżamijiet perjodiċi f’konformità mar-regoli finanzjarji tagħha, biex jiġu żgurati l-akbar impatt u eċċellenza, kif ukoll l-aktar użu effettiv u effiċjenti tar-riżorsi. L-eżiti tar-rieżamijiet perjodiċi u ta’ monitoraġġ għandhom jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tas-Sħubiji Ewropej u l-evalwazzjonijiet tal-Impriża Konġunta bħala parti mill-evalwazzjonijiet tal-Orizzont Ewropa msemmijin fl-Artikoli 50 u 52 tar-Regolament (UE) 2021/695.
Artikolu 24 2.
L-Impriża Konġunta għandha torganizza l-monitoraġġ kontinwu tal-attivitajiet ta’ ġestjoni u ta’ implimentazzjoni tagħha u rieżamijiet perjodiċi tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti tal-proġetti implimentati skont l-Artikolu 50 u l-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/695.
Artikolu 24 3.
L-evalwazzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-Impriżi Konġunti għandhom jitwettqu fil-ħin biex jikkontribwixxu għall-evalwazzjoni interim u l-evalwazzjoni finali tal-Orizzont Ewropa u l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet relatat kif speċifikat fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2021/695.
Artikolu 24 4.
Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim u evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta bħala parti mill-evalwazzjonijiet tal-Orizzont Ewropa msemmijin fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2021/695. L-evalwazzjoni interim għandha titwettaq bl-assistenza ta’ esperti indipendenti fuq il-bażi ta’ proċess trasparenti ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Orizzont Ewropa, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Orizzont Ewropa. L-evalwazzjonijiet għandhom jeżaminaw kif l-Impriża Konġunta twettaq il-missjoni tagħha f’konformità mal-objettivi ekonomiċi, teknoloġiċi, xjentifiċi, soċjetali u politiċi tagħha, inkluż l-objettivi relatati mal-klima, u jevalwaw l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-attivitajiet tagħha bħala parti mill-Orizzont Ewropa, is-sinerġiji u l-komplementaritajiet tagħha mal-inizjattivi rilevanti Ewropej, nazzjonali u, fejn rilevanti, reġjonali, inkluż sinerġiji ma’ partijiet oħra tal-Orizzont Ewropa, bħal missjonijiet, raggruppamenti jew programmi tematiċi jew speċifiċi. L-evalwazzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali, u għandhom, fejn rilevanti, jinkludu wkoll valutazzjoni tal-impatt xjentifiku, soċjetali, ekonomiku u rilevanti fit-tul għall-politika tal-Impriża Konġunta. Huma għandhom jinkludu wkoll valutazzjoni tal-aktar mod effettiv ta’ intervent ta’ politika għal kwalunkwe azzjoni futura, kif ukoll ir-rilevanza u l-koerenza ta’ kwalunkwe tiġdid possibbli tal-Impriża Konġunta fix-xenarju ġenerali tas-Sħubiji Ewropej u l-prijoritajiet ta’ politika tagħha.
Artikolu 24 5.
Abbażi tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni interim imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ taġixxi f’konformità mal-Artikolu 7(7) jew tieħu kwalunkwe azzjoni xierqa oħra.
Artikolu 24 6.
Il-Kummissjoni tista’ twettaq evalwazzjonijiet ulterjuri dwar temi jew suġġetti ta’ rilevanza strateġika, bl-assistenza ta’ esperti indipendenti esterni magħżula abbażi ta’ proċess trasparenti, biex teżamina l-progress li sar mill-Impriża Konġunta lejn l-objettivi stabbiliti, tidentifika l-fatturi li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet u tidentifika l-aħjar prattiki. Billi twettaq dawk l-evalwazzjonijiet ulterjuri, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra bis-sħiħ l-impatt amministrattiv fuq l-Impriża Konġunta.
Artikolu 24 7.
L-Impriża Konġunta għandha twettaq rieżamijiet perjodiċi tal-attivitajiet tagħha biex tinforma l-evalwazzjoni interim u l-evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta bħala parti mill-evalwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2021/695.
Artikolu 24 8.
Ir-rieżamijiet u l-evalwazzjonijiet perjodiċi għandhom jinformaw l-istralċ jew it-tiġdid possibbli tal-Impriża Konġunta, f’konformità mal-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/695. Fi żmien sitt xhur wara l-istralċ tal-Impriża Konġunta, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara li tiskatta l-proċedura ta’ stralċ imsemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatuti, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta. Ir-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni finali għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 24 9.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika u tikkomunika r-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-Impriża Konġunta, li għandhom jinkludu l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u l-osservazzjonijiet mill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bħala parti mill-evalwazzjonijiet tal-Orizzont Ewropa msemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2021/695.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.