4. Fi żmien xahar mill-wasla ta’ applikazzjoni skont il-paragrafu 2, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tawtorizza t-tariffa supplimentari sakemm ma jkunx evidenti li l-applikazzjoni hija mingħajr bażi jew li ma tipprovdix informazzjoni biżżejjed. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali jkun jidhrilha li huwa evidenti li l-applikazzjoni hija mingħajr bażi jew li ma tipprovdix informazzjoni biżżejjed, din għandha tieħu deċiżjoni finali fi żmien xahrejn oħra, wara li tkun tat l-opportunità ta’ smigħ lill-fornitur tar-roaming, li tawtorizza, temenda jew tirrifjuta t-tariffa supplimentari.