+Artikolu 6 Mekkaniżmu ta’ sostenibbiltà
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4

Artikolu 6 Mekkaniżmu ta’ sostenibbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   F’ċirkostanzi speċifiċi u eċċezzjonali, bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-mudell ta’ tariffar domestiku tiegħu, meta fornitur tar-roaming ma jkunx jista’ jirkupra l-kostijiet ġenerali effettivi u mbassra tiegħu għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati f’konformità mal-Artikoli 4 u 5, mid-dħul ġenerali effettiv u mbassar tiegħu mill-forniment ta’ servizzi bħal dawn, dak il-fornitur tar-roaming jista’ japplika għal awtorizzazzjoni biex japplika tariffa supplimentari. Dik it-tariffa supplimentari għandha tiġi applikata biss sa fejn ikun meħtieġ biex jiġu rkuprati l-kostijiet tal-forniment ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati, filwaqt li jitqiesu t-tariffi massimi bl-ingrossa applikabbli.

Artikolu 6 2

2.   Meta fornitur tar-roaming jiddeċiedi li juża l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dan għandu jressaq applikazzjoni mingħajr dewmien lill-awtorità regolatorja nazzjonali u jagħtiha l-informazzjoni kollha meħtieġa f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7. Kull 12-il xahar wara dan, il-fornitur tar-roaming għandu jaġġorna dik l-informazzjoni u jressaqha lill-awtorità regolatorja nazzjonali.

Artikolu 6 3

3.   Malli taslilha applikazzjoni skont il-paragrafu 2, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta jekk il-fornitur tar-roaming ikunx stabbilixxa li ma jistax ikopri l-kostijiet skont il-paragrafu 1, bil-konsegwenza li ddgħajfet is-sostenibbiltà tal-mudell ta’ tariffar domestiku tiegħu. Il-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-mudell ta’ tariffar domestiku għandha tkun ibbażata fuq fatturi oġġettivi rilevanti speċifiċi għall-fornitur tar-roaming, fosthom varjazzjonijiet oġġettivi bejn il-fornituri tar-roaming fl-Istat Membru kkonċernat u l-livell tal-prezzijiet u tad-dħul domestiku. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tawtorizza t-tariffa supplimentari meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u f’dan il-paragrafu.

Artikolu 6 4

4.   Fi żmien xahar mill-wasla ta’ applikazzjoni skont il-paragrafu 2, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tawtorizza t-tariffa supplimentari sakemm ma jkunx evidenti li l-applikazzjoni hija mingħajr bażi jew li ma tipprovdix informazzjoni biżżejjed. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali jkun jidhrilha li huwa evidenti li l-applikazzjoni hija mingħajr bażi jew li ma tipprovdix informazzjoni biżżejjed, din għandha tieħu deċiżjoni finali fi żmien xahrejn oħra, wara li tkun tat l-opportunità ta’ smigħ lill-fornitur tar-roaming, li tawtorizza, temenda jew tirrifjuta t-tariffa supplimentari.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0612
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.