5. Il-fornituri tar-roaming għandhom jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4.
Barra minn hekk, il-fornituri tar-roaming għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar ir-raġunijiet l-għala s-servizz tar-roaming huwa potenzjalment offrut b’kundizzjonijiet li huma inqas vantaġġużi minn dawk offruti fil-livell nazzjonali. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi fatturi li jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità tas-servizz tar-roaming li l-klijenti tar-roaming jabbonaw għalih, bħall-ġenerazzjonijiet tan-network u t-teknoloġiji disponibbli għall-klijenti tar-roaming fi Stat Membru miżjur.