+Artikolu 8 Applikazzjoni eċċezzjonali ta’ tariffi supplimentari bl-imnut għall-konsum ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati u l-forniment ta’ tariffi alternattivi
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6
|
Artikolu 8 Applikazzjoni eċċezzjonali ta’ tariffi supplimentari bl-imnut għall-konsum ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati u l-forniment ta’ tariffi alternattivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1
|
1. Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu, meta fornitur tar-roaming japplika tariffa supplimentari għall-konsum ta’ servizzi tar-roaming bl-imnut regolati li taqbeż il-limiti skont xi politika ta’ użu ġust, dan għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti, għajr il-VAT:
|
(a)
|
kwalunkwe tariffa supplimentari applikata għat-telefonati tar-roaming regolati magħmula, il-messaġġi SMS tar-roaming regolati mibgħuta u servizzi tar-roaming regolati tad-data ma għandhiex taqbeż it-tariffi massimi bl-ingrossa previsti fl-Artikoli 9(2), 10(1) u 11(1), rispettivament;
|
|
(b)
|
kwalunkwe tariffa supplimentari applikata għat-telefonati tar-roaming regolati riċevuti ma għandhiex taqbeż ir-rati massimi uniċi għaat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni stabbiliti għal dik is-sena f’konformità mal-Artikolu 75(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972.
|
Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta l-Kummissjoni tiddeċiedi, wara r-rieżami tagħha tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 75(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1972, li l-iffissar ta’ rata għat-terminazzjoni ta’ telefonati madwar l-Unjoni ma għadux meħtieġ u tiddeċiedi li ma timponix rata massima għat-terminazzjoni ta’ telefonati bil-mobile, kwalunkwe tariffa supplimentari applikata għat-telefonati tar-roaming regolati riċevuti ma għandhiex taqbeż ir-rata stabbilita fl-aktar att delegat riċenti adottat skont l-Artikolu 75 ta’ dik id-Direttiva.
Il-fornituri tar-roaming ma għandhom japplikaw l-ebda tariffa supplimentari għall-messaġġi SMS tar-roaming regolati riċevuti jew għall-messaġġi voicemail tar-roaming riċevuti. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal tariffi applikabbli oħra bħal dawk għas-smigħ ta’ dawk il-messaġġi.
Il-fornituri tar-roaming għandhom jimponu tariffi għat-telefonati tar-roaming magħmula u riċevuti abbażi ta’ kull sekonda. Il-fornituri tar-roaming jistgħu japplikaw perjodu minimu inizjali ta’ tariffar li ma jkunx jaqbeż it-30 sekonda għat-telefonati magħmula. Il-fornituri tar-roaming għandhom jimponu tariffa fuq il-klijenti tagħhom għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati tad-data abbażi ta’ kull kilobyte, għajr għall-messaġġi MMS li jistgħu jiġu ttariffati abbażi ta’ kull unità. F’każ bħal dan, it-tariffa bl-imnut li fornitur tar-roaming jista’ jimponi fuq il-klijent tar-roaming tiegħu għat-trażmissjoni jew il-wasla ta’ messaġġ MMS tar-roaming ma għandhiex taqbeż it-tariffa bl-imnut massima għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 8 2
|
2. Il-fornituri tar-roaming jistgħu joffru, u l-klijenti tar-roaming jistgħu jagħżlu deliberatament, tariffa tar-roaming għajr dik stabbilita f’konformità mal-Artikoli 4, 5 u 6 u mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li bis-saħħa tagħha l-klijenti tar-roaming ikunu jgawdu minn tariffa differenti għas-servizzi tar-roaming regolati minn dik li jintalbu mingħajr dik l-għażla. Il-fornitur tar-roaming għandu jfakkar lil dawk il-klijenti tar-roaming dwar in-natura tal-vantaġġi tar-roaming li b’hekk jintilfu.
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-fornituri tar-roaming għandhom japplikaw tariffa stabbilita f’konformità mal-Artikoli 4 u 5, u mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-klijenti tar-roaming eżistenti u ġodda kollha b’mod awtomatiku.
Il-klijenti tar-roaming kollha jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jitolbu li jaqilbu għal jew minn tariffa stabbilita f’konformità mal-Artikoli 4, 5 u 6 u mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-klijenti tar-roaming deliberatament jagħżlu li jaqilbu minn jew lura għat-tariffa stabbilita f’konformità mal-Artikoli 4, 5 u 6 u mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kwalunkwe qlib għandu jsir fi żmien jum tax-xogħol mill-wasla tat-talba, ikun mingħajr ħlas u ma jkunx jinvolvi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet li jappartjenu għal elementi tal-abbonamenti għajr ir-roaming. Il-fornituri tar-roaming jistgħu jdumu ma jagħmlu l-qlib sakemm it-tariffa tar-roaming preċedenti tkun ilha effettiva għal perjodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx ix-xahrejn.
|
|
Artikolu 8 3
|
3. Mingħajr preġudizzju għall-Parti III, it-Titolu III tad-Direttiva (UE) 2018/1972, il-fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li kuntratt bl-imnut li jinkludi kwalunkwe tip ta’ servizz tar-roaming bl-imnut regolat ikun jispeċifika l-karatteristiċi ta’ dak is-servizz tar-roaming bl-imnut regolat ipprovdut, inkluż partikolarment:
|
(a)
|
il-pjan jew il-pjanijiet ta’ tariffar speċifiċi u, għal kull pjan ta’ tariffar, it-tipi ta’ servizzi offruti, inkluż il-volumi tal-komunikazzjoni;
|
|
(b)
|
kwalunkwe restrizzjoni imposta fuq il-konsum tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati pprovduti fil-livell tal-prezz bl-imnut domestiku applikabbli, b’mod partikolari informazzjoni kwantifikata dwar kif kwalunkwe użu tal-politika ta’ użu ġust jiġi applikat b’referenza għall-parametri ewlenin tal-prezzijiet, tal-volum jew oħrajn tas-servizz tar-roaming bl-imnut regolat ipprovdut ikkonċernat;
|
|
(c)
|
informazzjoni ċara u li tinftiehem dwar il-kundizzjonijiet u l-kwalità tas-servizz tar-roaming waqt ir-roaming fi ħdan l-Unjoni skont il-linji gwida tal-BEREC imsemmija fil-paragrafu 6.
|
|
|
Artikolu 8 4
|
4. Il-fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li kuntratt bl-imnut li jinkludi kwalunkwe tip ta’ servizz tar-roaming bl-imnut regolat jipprovdi informazzjoni dwar it-tipi ta’ servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għal żieda fit-tariffi tar-roaming, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 97 tad-Direttiva (UE) 2018/1972.
|
|
Artikolu 8 5
|
5. Il-fornituri tar-roaming għandhom jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4.
Barra minn hekk, il-fornituri tar-roaming għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar ir-raġunijiet l-għala s-servizz tar-roaming huwa potenzjalment offrut b’kundizzjonijiet li huma inqas vantaġġużi minn dawk offruti fil-livell nazzjonali. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi fatturi li jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità tas-servizz tar-roaming li l-klijenti tar-roaming jabbonaw għalih, bħall-ġenerazzjonijiet tan-network u t-teknoloġiji disponibbli għall-klijenti tar-roaming fi Stat Membru miżjur.
|
|
Artikolu 8 6
|
6. Għall-fini tal-iżgurar tal-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, sal-1 ta’ Jannar 2023, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, il-BEREC għandu jaġġorna l-linji gwida tiegħu dwar ir-roaming bl-imnut, b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu u tal-miżuri tat-trasparenza msemmija fl-Artikoli 13, 14 u 15.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0612
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|