1. It-tariffa bl-ingrossa medja li l-operatur ta’ network miżjur jista’ jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati tad-data permezz tan-network miżjur ma għandhiex tkun aktar minn limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 2,00 għal kull gigabyte ta’ data trażmessa. Dik it-tariffa massima bl-ingrossa għandha tonqos għal EUR 1,80 għal kull gigabyte ta’ data trażmessa fl-1 ta’ Jannar 2023, għal EUR 1,55 għal kull gigabyte fl-1 ta’ Jannar 2024, għal EUR 1,30 għal kull gigabyte fl-1 ta’ Jannar 2025, għal EUR 1,10 għal kull gigabyte fl-1 ta’ Jannar 2026 u għal EUR 1,00 għal kull gigabyte sal-1 ta’ Jannar 2027, u wara dan, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, għandha tibqa’ EUR 1,00 għal kull gigabyte ta’ data trażmessa sat-30 ta’ Ġunju 2032.