+Artikolu 11 Tariffi bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
|
Artikolu 11 Tariffi bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. It-tariffa bl-ingrossa medja li l-operatur ta’ network miżjur jista’ jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati tad-data permezz tan-network miżjur ma għandhiex tkun aktar minn limitu ta’ salvagwardja ta’ EUR 2,00 għal kull gigabyte ta’ data trażmessa. Dik it-tariffa massima bl-ingrossa għandha tonqos għal EUR 1,80 għal kull gigabyte ta’ data trażmessa fl-1 ta’ Jannar 2023, għal EUR 1,55 għal kull gigabyte fl-1 ta’ Jannar 2024, għal EUR 1,30 għal kull gigabyte fl-1 ta’ Jannar 2025, għal EUR 1,10 għal kull gigabyte fl-1 ta’ Jannar 2026 u għal EUR 1,00 għal kull gigabyte sal-1 ta’ Jannar 2027, u wara dan, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, għandha tibqa’ EUR 1,00 għal kull gigabyte ta’ data trażmessa sat-30 ta’ Ġunju 2032.
|
|
Artikolu 11 2
|
2. It-tariffa bl-ingrossa medja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ 12-il xahar jew kwalunkwe perjodu iqsar li jkun fadal qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta’ tariffa bl-ingrossa medja massima, kif previst fil-paragrafu 1 jew qabel it-30 ta’ Ġunju 2032.
|
|
Artikolu 11 3
|
3. It-tariffa bl-ingrossa medja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi d-dħul totali bl-ingrossa riċevut mill-operatur tan-network miżjur jew mill-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini għall-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati tad-data tul il-perjodu rilevanti jiġi diviż bl-għadd totali ta’ megabytes tad-data effettivament użati għall-forniment ta’ dawk is-servizzi tul dak il-perjodu, aggregat abbażi ta’ kull kilobyte f’isem il-fornitur tar-roaming rilevanti jew l-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini tul dak il-perjodu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0612
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|