3. Il-fornitur tar-roaming għandu jibgħat notifika lill-klijent tar-roaming meta jiġi kkunsmat il-volum kollu ta’ użu ġust applikabbli għas-servizzi tar-roaming regolati bil-vuċi jew tal-messaġġi SMS jew meta jintlaħaq kwalunkwe limitu massimu għall-użu applikat skont l-Artikolu 6. Dik in-notifika għandha tindika t-tariffa supplimentari li se tiġi applikata għal kwalunkwe konsum addizzjonali tas-servizzi tar-roaming regolati bil-vuċi jew tal-messaġġi SMS, min-naħa tal-klijent tar-roaming. Il-klijenti kollha għandu jkollhom id-dritt li jitolbu lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat dawn in-notifiki u għandu jkollhom d-dritt li fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas jitolbu lill-fornitur tar-roaming biex jerġa’ jibda jipprovdi s-servizz.