5. Meta awtorità regolatorja nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jidhrilhom li f’konformità mar-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali, ċertu informazzjoni tkun kunfidenzjali, il-Kummissjoni, il-BEREC u kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali oħra u, fejn applikabbli, awtorità kompetenti oħra kkonċernata għandhom jiżguraw dik il-kunfidenzjalità. Il-kunfidenzjalità kummerċjali ma għandhiex tipprevjeni il-kondiviżjoni fil-ħin tal-informazzjoni bejn l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra, il-Kummissjoni, il-BEREC u kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali oħra jew awtorità kompetenti oħra kkonċernata, għall-finijiet ta’ rieżami, monitoraġġ u superviżjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.