+Artikolu 17 Superviżjoni u infurzar
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4
---+Artikolu 17 5
---+Artikolu 17 6
---+Artikolu 17 7

Artikolu 17 Superviżjoni u infurzar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1

1.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra għandhom iwettqu monitoraġġ u superviżjoni tal-konformità fit-territorju tagħhom ma’ dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu monitoraġġ u superviżjoni stretti tal-fornituri tar-roaming li jużaw l-Artikoli 5 u 6.

Fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw il-konformità mill-operaturi mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament li huma rilevanti għall-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilhom mil-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2018/1972.

Artikolu 17 2

2.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, meta applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra u l-BEREC għandhom irendu aċċessibbli għall-pubbliku informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-Artikoli 4, 5, 6 u 8 sa 11, b’mod li l-partijiet ikkonċernati jkun jista’ jkollhom aċċess faċli għaliha.

Artikolu 17 3

3.   Bħala preparazzjoni għar-rieżami previst fl-Artikolu 21, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra għandhom, b’mod konformi mal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jimmonitorjaw l-iżviluppi fit-tariffi bl-ingrossa u bl-imnut għall-forniment ta’ servizzi bil-vuċi u tad-data, inkluż SMS u MMS, lill-klijenti tar-roaming, anke fl-aktar reġjuni periferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra għandhom ukoll jiġu notifikati dwar il-każ partikolari ta’ roaming involontarju fir-reġjuni tal-fruntieri ta’ Stati Membri ġirien u jimmonitorjaw jekk ikunux qed jintużaw tekniki ta’ ġestjoni tat-traffiku b’mod żvantaġġuż għall-klijenti.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jimmonitorjaw u jiġbru informazzjoni dwar ir-roaming involontarju u jieħdu miżuri xierqa.

Artikolu 17 4

4.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra għandu jkollhom is-setgħa li jeżiġu li l-impriżi soġġetti għall-obbligi skont dan ir-Regolament, jipprovdu kull informazzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-impriżi għandhom jipprovdu din l-informazzjoni minnufih meta mitluba, u sal-iskadenzi u bil-livell ta’ dettall meħtieġ mill-awtorità regolatorja nazzjonali u, fejn applikabbli, awtoritajiet kompetenti oħra.

Artikolu 17 5

5.   Meta awtorità regolatorja nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jidhrilhom li f’konformità mar-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità kummerċjali, ċertu informazzjoni tkun kunfidenzjali, il-Kummissjoni, il-BEREC u kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali oħra u, fejn applikabbli, awtorità kompetenti oħra kkonċernata għandhom jiżguraw dik il-kunfidenzjalità. Il-kunfidenzjalità kummerċjali ma għandhiex tipprevjeni il-kondiviżjoni fil-ħin tal-informazzjoni bejn l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra, il-Kummissjoni, il-BEREC u kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali oħra jew awtorità kompetenti oħra kkonċernata, għall-finijiet ta’ rieżami, monitoraġġ u superviżjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 17 6

6.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw is-setgħa jintervjenu b’inizjattiva tagħhom stess biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 61(2), punti (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/1972 għandhom, meta meħtieġ, jużaw is-setgħat fis-sens tal-Artikolu 61 ta’ dik id-Direttiva biex jiżguraw aċċess u interkonnessjoni adegwati ħalli jiżguraw konnettività end-to-end u interoperabbiltà tas-servizzi tar-roaming, pereżempju meta l-klijenti ma jkunux jistgħu jagħmlu skambju ta’ messaġġi SMS tar-roaming regolati ma’ klijenti ta’ network pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli terrestri fi Stat Membru ieħor minħabba n-nuqqas ta’ ftehim tar-roaming bl-ingrossa li jippermetti t-twassil ta’ dawk il-messaġġi.

Artikolu 17 7

7.   Meta awtorità regolatorja nazzjonali jew, fejn applikabbli għall-eżerċizzju tas-setgħat konferiti fuqhom mil-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2018/1972, awtoritajiet kompetenti oħra jsibu li jkun sar ksur tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, din għandu jkollha s-setgħa teżiġi l-waqfien immedjat ta’ dan il-ksur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0612
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.