6. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw is-setgħa jintervjenu b’inizjattiva tagħhom stess biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 61(2), punti (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/1972 għandhom, meta meħtieġ, jużaw is-setgħat fis-sens tal-Artikolu 61 ta’ dik id-Direttiva biex jiżguraw aċċess u interkonnessjoni adegwati ħalli jiżguraw konnettività end-to-end u interoperabbiltà tas-servizzi tar-roaming, pereżempju meta l-klijenti ma jkunux jistgħu jagħmlu skambju ta’ messaġġi SMS tar-roaming regolati ma’ klijenti ta’ network pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli terrestri fi Stat Membru ieħor minħabba n-nuqqas ta’ ftehim tar-roaming bl-ingrossa li jippermetti t-twassil ta’ dawk il-messaġġi.