|
+Artikolu 21 2 |
Artikolu 21 22. Biex jivvaluta l-iżviluppi kompetittivi fis-swieq tar-roaming madwar l-Unjoni, il-BEREC għandu jiġbor data regolarment mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-iżviluppi fit-tariffi bl-imnut u bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming regolati bil-vuċi, tal-messaġġi SMS u tad-data, inkluż it-tariffi bl-ingrossa applikati għat-traffiku tar-roaming bilanċjat u mhux bilanċjat, rispettivament, dwar l-impatt tal-introduzzjoni u l-implimentazzjoni tan-networks u t-teknoloġiji tal-komunikazzjonijiet mobbli tal-ġenerazzjoni li jmiss fis-suq tar-roaming, dwar l-użu tal-pjattaformi tan-negozjar u strumenti simili, dwar l-iżvilupp tar-roaming minn magna għal magna u apparati tal-IoT, u dwar kemm il-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa jkopru l-kwalità tas-servizz u jagħtu aċċess għal teknoloġiji u ġenerazzjonijiet differenti tan-network. Fejn applikabbli, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jipprovdu tali data f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti oħra. Il-BEREC għandu jiġbor regolarment ukoll data mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-politiki ta’ użu ġust min-naħa tal-operaturi, l-iżviluppi ta’ tariffi domestiċi biss, l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi tas-sostenibbiltà u l-ilmenti dwar ir-roaming u l-konformità mal-kwalità tal-obbligi tas-servizz. Fejn xieraq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkoordinaw mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra u jiġbru tali data mingħandhom. Il-BEREC għandu jiġbor u jipprovdi regolarment informazzjoni addizzjonali dwar it-trasparenza, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri dwar il-komunikazzjoni ta’ emerġenza, dwar is-servizzi ta’ valur miżjud u dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli mhux terrestri. Il-BEREC għandu jiġbor ukoll data dwar il-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa li mhumiex soġġetti għat-tariffi tar-roaming bl-ingrossa massimi previsti fl-Artikoli 9, 10 jew 11 u dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri kuntrattwali fil-livell bl-ingrossa li huma mmirati biex jipprevjenu r-roaming permanenti jew l-użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa għal skopijiet għajr il-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming waqt ivvjaġġar perjodiku fl-Unjoni. Id-data miġbura mill-BEREC, fis-sens ta’ dan il-paragrafu, għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni tal-anqas darba fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tippubblikaha. Sat-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport interim lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, abbażi tad-data miġbura mill-BEREC fis-sens ta’ dan il-paragrafu, segwit, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament. Abbażi tad-data miġbura fis-sens ta’ dan il-paragrafu, il-BEREC għandu jirrapporta regolarment dwar l-evoluzzjoni tax-xejriet tal-prezzijiet u tal-konsum fl-Istati Membri kemm għas-servizzi domestiċi kif ukoll għas-servizzi tar-roaming, l-evoluzzjoni tar-rati effettivi tar-roaming bl-ingrossa għat-traffiku żbilanċjat bejn il-fornituri tas-servizzi tar-roaming, u dwar ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet bl-imnut, it-tariffi bl-ingrossa u l-kostijiet bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming. Il-BEREC għandu jivvaluta kemm dawk l-elementi jirrelataw mill-qrib ma’ xulxin. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|