+Artikolu 21 Rieżami
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
|
Artikolu 21 Rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1
|
1. Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-BEREC, tippreżenta żewġ rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, segwiti, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament.
L-ewwel rapport ta’ dan it-tip għandu jiġi mressaq sat-30 ta’ Ġunju 2025 u t-tieni sat-30 ta’ Ġunju 2029.
Ir-rapporti għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, valutazzjoni ta’:
|
(a)
|
l-impatt tal-introduzzjoni u l-implimentazzjoni tan-networks u t-teknoloġiji tal-komunikazzjonijiet mobbli tal-ġenerazzjoni li jmiss fis-suq tar-roaming;
|
|
(b)
|
L-effettività tal-kwalità tal-obbligi tas-servizz fir-rigward mal-klijenti tar-roaming, id-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi, inkluż dawk li huma alternattiva għas-servizzi tar-roaming regolati bil-vuċi, tal-messaġġi SMS u tad-data, b’mod partikolari fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi tal-aċċess għal teknoloġiji u ġenerazzjonijiet differenti tan-network;
|
|
(c)
|
il-livell ta’ kompetizzjoni fis-swieq tar-roaming bl-imnut u bl-ingrossa, b’mod partikolari r-rati effettivi bl-ingrossa mħallsa mill-operaturi u s-sitwazzjoni kompetittiva ta’ operaturi żgħar, indipendenti jew li għadhom kemm bdew, u l-MVNOs, inkluż l-effetti fuq il-kompetizzjoni tal-ftehimiet kummerċjali tar-roaming bl-ingrossa, tat-traffiku nnegozjat fuq il-pjattaformi tan-negozjar u strumenti simili u l-livell ta’ interkonnessjoni bejn l-operaturi;
|
|
(d)
|
l-evoluzzjoni tar-roaming bejn magna u oħra, inkluż ir-roaming fuq apparati tal-IoT;
|
|
(e)
|
il-punt sa fejn l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fl-Artikoli 3, b’mod partikolari abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tal-proċedura għal awtorizzazzjoni minn qabel stabbilita fl-Artikolu 3(6), kisbet riżultati fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni fis-suq intern għas-servizzi tar-roaming regolati;
|
|
(f)
|
l-evoluzzjoni tal-pjanijiet ta’ tariffar bl-imnut disponibbli;
|
|
(g)
|
il-bidliet fix-xejriet tal-konsum tad-data għas-servizzi domestiċi u tar-roaming, inkluż bidliet fix-xejriet tal-ivvjaġġar tal-utenti finali Ewropej ikkawżati minn ċirkostanzi bħal pandemiji, pereżempju l-COVID-19, jew diżastri naturali;
|
|
(h)
|
l-abbiltà tal-operaturi tan-network tal-pajjiż tal-oriġini li jsostnu l-mudell ta’ tariffar domestiku tagħhom u sa liema punt it-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut eċċezzjonali ġew awtorizzati skont l-Artikolu 6;
|
|
(i)
|
l-abbiltà tal-operaturi tan-networks miżjura li jirkupraw il-kostijiet imġarrba b’mod effiċjenti talli jipprovdu servizzi tar-roaming bl-ingrossa regolati, hekk kif titqies l-aħħar informazzjoni dwar l-introduzzjoni tan-network, kif ukoll l-iżviluppi fil-kapaċitajiet tekniċi, il-mudelli tal-ipprezzar u r-restrizzjonijiet tan-networks, pereżempju l-possibbiltà li jiġu inklużi l-kalkoli tal-mudell tal-kost abbażi tal-kapaċità aktar milli l-konsum;
|
|
(j)
|
l-impatt tal-applikazzjoni tal-politiki ta’ użu ġust minn operaturi, inkluż fuq il-konsum tal-utenti finali, f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni adottati fis-sens tal-Artikolu 7, inkluż l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe inkonsistenza fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki ta’ użu ġust kif ukoll l-effettività u l-proporzjonalità tal-applikazzjoni ġenerali ta’ tali politiki;
|
|
(k)
|
il-punt sa fejn il-klijenti u l-operaturi tar-roaming jiffaċċjaw problemi fir-rigward ta’ servizzi ta’ valur miżjud u l-implimentazzjoni tal-bażi tad-data ta’ meded tan-numri għal servizzi ta’ valur miżjud stabbilita skont l-Artikolu 16, l-ewwel paragrafu, il-punt (a);
|
|
(l)
|
l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ dan ir-Regolament u l-ilmenti relatati mal-użu ta’ komunikazzjonijiet ta’ emerġenza waqt ir-roaming;
|
|
(m)
|
ilmenti relatati ma’ roaming involontarju.
|
|
|
Artikolu 21 2
|
2. Biex jivvaluta l-iżviluppi kompetittivi fis-swieq tar-roaming madwar l-Unjoni, il-BEREC għandu jiġbor data regolarment mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-iżviluppi fit-tariffi bl-imnut u bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming regolati bil-vuċi, tal-messaġġi SMS u tad-data, inkluż it-tariffi bl-ingrossa applikati għat-traffiku tar-roaming bilanċjat u mhux bilanċjat, rispettivament, dwar l-impatt tal-introduzzjoni u l-implimentazzjoni tan-networks u t-teknoloġiji tal-komunikazzjonijiet mobbli tal-ġenerazzjoni li jmiss fis-suq tar-roaming, dwar l-użu tal-pjattaformi tan-negozjar u strumenti simili, dwar l-iżvilupp tar-roaming minn magna għal magna u apparati tal-IoT, u dwar kemm il-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa jkopru l-kwalità tas-servizz u jagħtu aċċess għal teknoloġiji u ġenerazzjonijiet differenti tan-network. Fejn applikabbli, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jipprovdu tali data f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti oħra.
Il-BEREC għandu jiġbor regolarment ukoll data mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-politiki ta’ użu ġust min-naħa tal-operaturi, l-iżviluppi ta’ tariffi domestiċi biss, l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi tas-sostenibbiltà u l-ilmenti dwar ir-roaming u l-konformità mal-kwalità tal-obbligi tas-servizz. Fejn xieraq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkoordinaw mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra u jiġbru tali data mingħandhom. Il-BEREC għandu jiġbor u jipprovdi regolarment informazzjoni addizzjonali dwar it-trasparenza, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri dwar il-komunikazzjoni ta’ emerġenza, dwar is-servizzi ta’ valur miżjud u dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli mhux terrestri.
Il-BEREC għandu jiġbor ukoll data dwar il-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa li mhumiex soġġetti għat-tariffi tar-roaming bl-ingrossa massimi previsti fl-Artikoli 9, 10 jew 11 u dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri kuntrattwali fil-livell bl-ingrossa li huma mmirati biex jipprevjenu r-roaming permanenti jew l-użu anomalu jew abbużiv tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa għal skopijiet għajr il-forniment ta’ servizzi tar-roaming regolati lill-klijenti tal-fornituri tar-roaming waqt ivvjaġġar perjodiku fl-Unjoni.
Id-data miġbura mill-BEREC, fis-sens ta’ dan il-paragrafu, għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni tal-anqas darba fis-sena. Il-Kummissjoni għandha tippubblikaha.
Sat-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport interim lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, abbażi tad-data miġbura mill-BEREC fis-sens ta’ dan il-paragrafu, segwit, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament.
Abbażi tad-data miġbura fis-sens ta’ dan il-paragrafu, il-BEREC għandu jirrapporta regolarment dwar l-evoluzzjoni tax-xejriet tal-prezzijiet u tal-konsum fl-Istati Membri kemm għas-servizzi domestiċi kif ukoll għas-servizzi tar-roaming, l-evoluzzjoni tar-rati effettivi tar-roaming bl-ingrossa għat-traffiku żbilanċjat bejn il-fornituri tas-servizzi tar-roaming, u dwar ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet bl-imnut, it-tariffi bl-ingrossa u l-kostijiet bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming. Il-BEREC għandu jivvaluta kemm dawk l-elementi jirrelataw mill-qrib ma’ xulxin.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.04.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0612
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|