+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 (1)

"fornitur ta' servizzi" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi kategorija waħda jew aktar mill-kategoriji ta' servizzi li ġejjin, bl-eċċezzjoni tas-servizzi finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-punt (b), tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14):

(a)

servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2018/1972;

(b)

servizzi ta' ismijiet ta' dominji tal-internet u ta' numerazzjoni IP, bħall-assenjazzjoni ta' indirizzi IP, ir-reġistru ta' ismijiet ta' dominji, ir-reġistratur ta' ismijiet ta' dominji u s-servizzi ta' privatezza u ta' proxy relatati ma' ismijiet ta' dominji;

(c)

servizzi oħrajn tas-soċjetà tal-informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 1(1), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2015/1535 li:

(i)

jippermettu lill-utenti tagħhom jikkommunikaw ma' xulxin; jew

(ii)

jagħmluha possibbli li d-data tinħażen jew li tiġi pproċessata mod ieħor f'isem l-utenti li lilhom jiġi pprovdut is-servizz, dment li l-ħażna tad-data tkun komponent determinanti tas-servizz ipprovdut lill-utent;

Artikolu 2 (2)

"l-offerta ta' servizzi fit-territorju ta’ Stat Membru" tfisser:

(a)

li persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi Stat Membru jkunu jistgħu jużaw is-servizzi elenkati fil-punt (1); u

(b)

li jkun hemm konnessjoni sostanzjali, ibbażata fuq kriterji fattwali speċifiċi, mal-Istat Membru msemmi fil-punt (a); tali konnessjoni sostanzjali trid titqies li teżisti meta l-fornitur ta' servizzi jkollu stabbiliment f’dak l-Istat Membru, jew, fl-assenza ta' tali stabbiliment, meta jkun hemm għadd sinifikanti ta' utenti f’dak l-Istat Membru, jew meta l-attivitajiet ikunu mmirati lejn dak l-Istat Membru;

Artikolu 2 (3)

“joffri servizzi fl-Unjoni” tfisser:

(a)

li jippermetti lil persuni ġuridiċi jew fiżiċi fi Stat Membru jużaw is-servizzi elenkati fil-punt (1); u

(b)

li jkollu konnessjoni sostanzjali, ibbażata fuq kriterji fattwali speċifiċi, mal-Istat Membru msemmi fil-punt (a); tali konnessjoni sostanzjali titqies li teżisti meta l-fornitur tas-servizzi jkollu stabbiliment fi Stat Membru, jew, fin-nuqqas ta’ tali stabbiliment, meta jkun hemm għadd sinifikanti ta’ utenti fi Stat Membru wieħed jew aktar, jew meta l-attivitajiet ikunu mmirati lejn Stat Membru wieħed jew aktar;

Artikolu 2 (4)

"stabbiliment" tfisser entità li effettivament twettaq attività ekonomika għal perjodu indefinit permezz ta' infrastruttura stabbli minn fejn jitwettaq in-negozju tal-forniment tas-servizzi jew minn fejn jiġi ġestit in-negozju;

Artikolu 2 (5)

"stabbiliment deżinjat" tfisser stabbiliment b'personalità ġuridika deżinjat bil-miktub minn fornitur ta' servizzi li jkun stabbilit fi Stat Membru li jipparteċipa fi strument legali msemmi fl-Artikolu 1(2), għall-finijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 3(1);

Artikolu 2 (6)

"rappreżentant legali" tfisser persuna fiżika jew ġuridika maħtura bil-miktub minn fornitur ta' servizzi mhux stabbilit fi Stat Membru li tipparteċipa fi strument legali msemmi fl-Artikolu 1(2), għall-finijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 3(1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1544
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.