+Artikolu 3 Il-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.

Artikolu 3 Il-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.

F’konformità mal-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika, inkluż ir-riżorsi min-naħa tad-domanda u l-flessibbiltajiet tas-sistema, jiġu vvalutati fid-deċiżjonijiet ta’ ppjanar, ta’ politika u ta’ investiment maġġuri ta’ valur ta’ aktar minn EUR 100 000 000 kull wieħed jew EUR 175 000 000 għal proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport, relatati mas-setturi li ġejjin:

(a) 

sistemi tal-enerġija; u

(b) 

setturi mhux tal-enerġija, meta dawk is-setturi jkunu jħallu impatt fuq il-konsum tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika bħall-bini, it-trasport, l-ilma, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), is-setturi tal-agrikoltura u finanzjarji.

Artikolu 3 2.
Sal-11 ta’ Ottubru 2027, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-limiti stipulati fil-paragrafu 1, bl-għan ta’ reviżjoni ‘l isfel, filwaqt li tqis l-iżviluppi possibbli fl-ekonomija u fis-suq tal-enerġija. Il-Kummissjoni għandha, sal-11 ta’ Ottubru 2028, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi.
Artikolu 3 3.
Fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri huma mħeġġa jqisu r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1749 ( 4 ).
Artikolu 3 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-applikazzjoni tal-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, inkluż, fejn xieraq, l-integrazzjoni tas-setturi u l-impatti transsettorjali, meta d-deċiżjonijiet ta’ politika, tal-ippjanar u tal-investiment ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ approvazzjoni u ta’ monitoraġġ.
Artikolu 3 5.

Fl-applikazzjoni tal-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, l-Istati Membri għandhom:

(a) 

jippromwovu u, meta jkunu meħtieġa analiżijiet tal-kost-benefiċċji, jiżguraw l-applikazzjoni ta’, u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, metodoloġiji tal-kost-benefiċċji li jippermettu valutazzjoni xierqa tal-benefiċċji usa’ tas-soluzzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika fejn xieraq, filwaqt li jitqiesu ċ-ċiklu tal-ħajja kollu u l-perspettiva fit-tul, is-sistema u l-kosteffiċjenza, is-sigurtà tal-provvista u l-kwantifikazzjoni mill-perspettivi soċjetali, tas-saħħa, ekonomika u tan-newtralità klimatika, il-prinċipji tas-sostenibbiltà u tal-ekonomija ċirkolari fit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika;

(b) 

jindirizzaw l-impatt fuq il-faqar enerġetiku;

(c) 

jidentifikaw entità jew entitajiet responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u l-impatti tal-oqfsa regolatorji, inkluż ir-regolamenti finanzjarji, deċiżjonijiet maġġuri ta’ ppjanar, ta’ politika u ta’ investiment, kif imsemmi fil-paragrafu 1 dwar il-konsum tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika u s-sistemi tal-enerġija;

(d) 

jirrapportaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima tagħhom ippreżentati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999, dwar kif il-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” tqies fid-deċiżjonijiet nazzjonali u, meta applikabbli, reġjonali u lokali ta’ ppjanar, ta’ politika u ta’ investiment maġġuri, relatati mas-sistemi tal-enerġija nazzjonali u reġjonali, inkluż mill-inqas dawn li ġejjin:

(i) 

valutazzjoni tal-applikazzjoni u l-benefiċċji tal-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” fis-sistemi tal-enerġija, b’mod partikolari fir-rigward tal-konsum tal-enerġija;

(ii) 

lista ta’ azzjonijiet meħuda biex jitneħħa kwalunkwe ostaklu regolatorju jew mhux regolatorju mhux meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u tas-soluzzjonijiet min-naħa tad-domanda, inkluż permezz tal-identifikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni u miżuri nazzjonali li jmorru kontra l-prinċipju “L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”.

Artikolu 3 6.
Mill-11 ta’ April 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida li jipprovdu qafas ġenerali komuni inkluż is-superviżjoni, il-proċedura ta’ monitoraġġ u rappurtar, li l-Istati Membri jistgħu jużaw biex ifasslu l-metodoloġiji tal-kost-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 5, il-punt (a), għall-fini tal-komparabbiltà, filwaqt li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jadattaw għaċ-ċirkostanzi nazzjonali u lokali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.