|
+Artikolu 6 1. |
Artikolu 6 1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, kull Stat Membru għandu jiżgura li kull sena tiġi rinnovata mill-anqas 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li jkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi biex din tiġi ttrasformata f’mill-inqas bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero jew bini b’emissjonijiet żero f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2010/31/UE. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu liema bini għandhom jinkludu fir-rekwiżit ta’ rinnovazzjoni ta’ 3 %, bil-konsiderazzjoni xierqa mogħtija lill-kosteffettività u l-fattibbiltà teknika fl-għażla tal-bini li għandu jiġi rinnovat. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-akkomodazzjoni soċjali mill-obbligu ta’ rinnovazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, fejn tali rinnovazzjonijiet ma jkunux newtrali f’termini ta’ kostijiet jew iwasslu għal żidiet fil-kera għall-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali sakemm dawn iż-żidiet fil-kera ma jkunux ogħla mill-iffrankar ekonomiku fuq il-kont tal-enerġija. Meta l-korpi pubbliċi jokkupaw binja li ma tkunx il-proprjetà tagħhom, huma għandhom jinnegozjaw mas-sid, b’mod partikolari meta jilħqu punt ta’ attivazzjoni bħat-tiġdid tal-kiri, il-bidla fl-użu, xogħol sinifikanti ta’ tiswija jew manutenzjoni, bl-għan li jiġu stabbiliti klawżoli kuntrattwali biex il-bini jsir tal-inqas bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero jew bini b’emmissjoni żero ta’ enerġija. Ir-rata ta’ mill-anqas 3 % għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja tal-art utli totali ta’ aktar minn 250 m2 li tkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi u li, fl-1 ta’ Jannar 2024, ma tkunx bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|