+Artikolu 6 Ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
|
Artikolu 6 Ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, kull Stat Membru għandu jiżgura li kull sena tiġi rinnovata mill-anqas 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li jkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi biex din tiġi ttrasformata f’mill-inqas bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero jew bini b’emissjonijiet żero f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2010/31/UE. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu liema bini għandhom jinkludu fir-rekwiżit ta’ rinnovazzjoni ta’ 3 %, bil-konsiderazzjoni xierqa mogħtija lill-kosteffettività u l-fattibbiltà teknika fl-għażla tal-bini li għandu jiġi rinnovat. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-akkomodazzjoni soċjali mill-obbligu ta’ rinnovazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, fejn tali rinnovazzjonijiet ma jkunux newtrali f’termini ta’ kostijiet jew iwasslu għal żidiet fil-kera għall-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali sakemm dawn iż-żidiet fil-kera ma jkunux ogħla mill-iffrankar ekonomiku fuq il-kont tal-enerġija. Meta l-korpi pubbliċi jokkupaw binja li ma tkunx il-proprjetà tagħhom, huma għandhom jinnegozjaw mas-sid, b’mod partikolari meta jilħqu punt ta’ attivazzjoni bħat-tiġdid tal-kiri, il-bidla fl-użu, xogħol sinifikanti ta’ tiswija jew manutenzjoni, bl-għan li jiġu stabbiliti klawżoli kuntrattwali biex il-bini jsir tal-inqas bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero jew bini b’emmissjoni żero ta’ enerġija. Ir-rata ta’ mill-anqas 3 % għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja tal-art utli totali ta’ aktar minn 250 m2 li tkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi u li, fl-1 ta’ Jannar 2024, ma tkunx bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero.
|
|
Artikolu 6 2.
|
L-Istati Membri jistgħu japplikaw rekwiżiti li huma inqas stretti minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 għall-kategoriji ta’ bini li ġejjin:
(a)
bini protett uffiċjalment bħala parti minn ambjent deżinjat, jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, sa fejn il-konformità ma’ ċerti rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tibdel b’mod inaċċettabbli l-karattru jew l-apparenza tiegħu;
(b)
bini li hu proprjetà tal-forzi armati jew il-gvern ċentrali u li qed jintuża għal finijiet ta’ difiża nazzjonali, iżda li mhux postijiet ta’ għajxien singoli jew bini tal-uffiċċji tal-forzi armati u persunal ieħor impjegat mill-awtoritajiet tad-difiża nazzjonali;
(c)
bini użat bħala postijiet ta’ qima u għal attivitajiet reliġjużi.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirrinovawx bini li mhux imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sal-livell previst fil-paragrafu 1 jekk jivvalutaw li mhuwiex fattibbli teknikament, ekonomikament jew funzjonalment li dak il-bini jiġi ttrasformat f’bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri ma għandhomx jgħoddu r-rinnovazzjoni ta’ dak il-bini għall-issodisfar tar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Sabiex l-iffrankar tal-enerġija jiġi antiċipat u biex jiġi pprovdut inċentiv għal azzjoni bikrija, Stat Membru li jirrinova aktar minn 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini tiegħu f’konformità mal-paragrafu 1 fi kwalunkwe sena sal-31 ta’ Diċembru 2026 jista’ jgħodd is-surplus mar-rata annwali ta’ rinnovazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mit-tliet snin ta’ wara. Stat Membru li jirrinova aktar minn 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2027 jista’ jgħodd is-surplus mar-rata ta’ rinnovazzjoni annwali tas-sentejn ta’ wara.
|
|
Artikolu 6 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jgħoddu mar-rata tar-rinnovazzjoni annwali ta’ bini binjiet ġodda proprjetà bħala sostitut għal binjiet speċifiċi ta’ korpi pubbliċi mwaqqa’ f’waħda mis-sentejn preċedenti. Dan għandu japplika biss meta jkunu aktar kosteffettivi u sostenibbli f’termini ta’ enerġija u tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja miksubin meta mqabbla mar-rinnovazzjonijiet ta’ dan il-bini. Il-kriterji ġenerali, il-metodoloġiji u l-proċeduri biex jiġu identifikati dawn il-każijiet eċċezzjonali għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar u ppubblikati minn kull Stat Membru.
|
|
Artikolu 6 5.
|
Sal-11 ta’ Ottubru 2025, l-Istati Membri, għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, għandhom jistabbilixxu u jagħmlu disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku inventarju ta’ bini msaħħan u/jew imkessaħ li jkun il-proprjetà ta’ korpi pubbliċi jew okkupat minnhom u li għandu erja totali tal-art utli ta’ aktar minn 250 m2. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw dak l-inventarju mill-inqas kull sentejn. L-inventarju għandu jkun marbut mal-ħarsa ġenerali tal-istokk tal-bini li titwettaq fil-qafas tal-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini f’konformità mad-Direttiva 2010/31/UE u l-bażijiet tad-data rilevanti. Data disponibbli u aċċessibbli pubblikament dwar il-karatteristiċi tal-istokk tal-bini, ir-rinnovazzjoni tal-bini u r-rendiment fl-użu tal-enerġija tista’ tiġi aggregata mill-Osservatorju Ewropew tal-Istokk Immobiljari biex jiġi żgurat fehim aħjar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-settur tal-bini permezz ta’ data komparabbli. L-inventarju għandu jkun fih mill-anqas id-data li ġejja:
(b)
il-konsum tal-enerġija annwali mkejjel tas-sħana, it-tkessiħ, l-elettriku u l-misħun meta dik id-data tkun disponibbli;
(c)
iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ kull bini maħruġ f’konformità mad-Direttiva 2010/31/UE.
|
|
Artikolu 6 6.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw approċċ alternattiv għal dak stabbilit fil-paragrafi 1 sa 4 bl-għan li jinkiseb, kull sena, ammont ta’ ffrankar tal-enerġija fil-bini tal-korpi pubbliċi li jkun mill-inqas ekwivalenti għall-ammont meħtieġ fil-paragrafu 1. Għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dak l-approċċ alternattiv, l-Istati Membri għandhom:
(a)
jiżguraw li, kull sena, jiġi introdott passaport ta’ rinnovazzjoni, fejn applikabbli, għall-bini li jirrappreżenta mill-inqas 3 % tal-erja totali tal-art ta’ bini msaħħan u/jew imkessaħ li jkun proprjetà ta’ korpi pubbliċi. Għal dawk il-binjiet, ir-rinnovazzjoni għal bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero għandha tinkiseb sa mhux aktar tard mill-2040;
(b)
stima tal-iffrankar tal-enerġija ġġenerat mill-eżitu tal-paragrafi 1 sa 4 billi jużaw valuri standard xierqa għall-konsum tal-enerġija ta’ bini ta’ riferiment tal-korpi pubbliċi qabel u wara r-rinnovazzjoni li għandhom jiġu ttrasformati f’bini b’użu ta’ kważi żero enerġija kif imsemmi fid-Direttiva 2010/31/UE.
L-Istati Membri li jiddeċiedu li japplikaw l-approċċ alternattiv għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2023, bl-iffrankar tal-enerġija pproġettat tagħhom biex jiksbu għallinqas l-ekwivalenti ta’ ffrankar tal-enerġija fil-bini kopert mill-paragrafu 1 sal-31 ta’ Diċembru 2030.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|