+Artikolu 11 2.

Artikolu 11 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intrapriżi b’konsum annwali medju ta’ aktar minn 10TJ ta’ enerġija tul it-tliet snin preċedenti, filwaqt li jqisu l-vetturi tal-enerġija kollha flimkien, li ma jimplimentawx sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija, ikunu soġġetti għal awditu tal-enerġija.

Dawn l-awditi tal-enerġija għandhom:

(a) 

jitwettqu b’mod indipendenti u kosteffettiv minn esperti kwalifikati jew akkreditati, f’konformità mal-Artikolu 28; jew inkella

(b) 

jiġu implimentati u sorveljati minn awtoritajiet indipendenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intrapriżi msemmija fl-ewwel subparagrafu jwettqu l-ewwel awditu tal-enerġija sal-11 ta’ Ottubru 2026 u li l-awditi sussegwenti tal-enerġija jitwettqu mill-inqas kull erba’ snin. Fejn tali intrapriżi diġà jwettqu awditi tal-enerġija f’konformità mal-ewwel subparagrafu, huma għandhom ikomplu jagħmlu dan mill-inqas kull erba’ snin f’konformità ma’ din id-Direttiva.

L-intrapriżi kkonċernati għandhom ifasslu Pjan ta’ Azzjoni konkret u fattibbli abbażi tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn dawk l-awditi tal-enerġija. Il-Pjan ta’ Azzjoni għandu jidentifika miżuri għall-implimentazzjoni ta’ kull rakkomandazzjoni tal-awditu, fejn dan ikun teknikament jew ekonomikament fattibbli. Il-Pjan ta’ Azzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-amministrazzjoni tal-intrapriża.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Pjanijiet ta’ Azzjoni u r-rata ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet jiġu ppubblikati fir-rapport annwali tal-intrapriża, u li dawn jsiru disponibbli għall-pubbliku, soġġett għal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali li jipproteġu s-sigrieti kummerċjali u tan-negozju u l-kunfidenzjalità.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.