+Artikolu 11 Sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija u awditi tal-enerġija
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.
---+Artikolu 11 9.
---+Artikolu 11 10.
---+Artikolu 11 11.
---+Artikolu 11 12.
|
Artikolu 11 Sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija u awditi tal-enerġija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intrapriżi b’konsum annwali medju ogħla minn 85TJ ta’ enerġija tul it-tliet snin preċedenti, filwaqt li jqisu l-vetturi tal-enerġija kollha flimkien, jimplimentaw sistema tal-ġestjoni tal-enerġija. Is-sistema tal-ġestjoni tal-enerġija għandha tiġi ċċertifikata minn korp indipendenti, skont l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intrapriżi msemmija fl-ewwel subparagrafu jkollhom fis-seħħ sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Ottubru 2027.
|
|
Artikolu 11 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intrapriżi b’konsum annwali medju ta’ aktar minn 10TJ ta’ enerġija tul it-tliet snin preċedenti, filwaqt li jqisu l-vetturi tal-enerġija kollha flimkien, li ma jimplimentawx sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija, ikunu soġġetti għal awditu tal-enerġija. Dawn l-awditi tal-enerġija għandhom:
(a)
jitwettqu b’mod indipendenti u kosteffettiv minn esperti kwalifikati jew akkreditati, f’konformità mal-Artikolu 28; jew inkella
(b)
jiġu implimentati u sorveljati minn awtoritajiet indipendenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intrapriżi msemmija fl-ewwel subparagrafu jwettqu l-ewwel awditu tal-enerġija sal-11 ta’ Ottubru 2026 u li l-awditi sussegwenti tal-enerġija jitwettqu mill-inqas kull erba’ snin. Fejn tali intrapriżi diġà jwettqu awditi tal-enerġija f’konformità mal-ewwel subparagrafu, huma għandhom ikomplu jagħmlu dan mill-inqas kull erba’ snin f’konformità ma’ din id-Direttiva. L-intrapriżi kkonċernati għandhom ifasslu Pjan ta’ Azzjoni konkret u fattibbli abbażi tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn dawk l-awditi tal-enerġija. Il-Pjan ta’ Azzjoni għandu jidentifika miżuri għall-implimentazzjoni ta’ kull rakkomandazzjoni tal-awditu, fejn dan ikun teknikament jew ekonomikament fattibbli. Il-Pjan ta’ Azzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-amministrazzjoni tal-intrapriża. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Pjanijiet ta’ Azzjoni u r-rata ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet jiġu ppubblikati fir-rapport annwali tal-intrapriża, u li dawn jsiru disponibbli għall-pubbliku, soġġett għal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali li jipproteġu s-sigrieti kummerċjali u tan-negozju u l-kunfidenzjalità.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Meta, fi kwalunkwe sena partikolari, intrapriża kif imsemmija fil-paragrafu 1 ikollha konsum annwali ta’ aktar minn 85 TJ u meta intrapriża kif imsemmija fil-paragrafu 2 ikollha konsum annwali ta’ aktar minn 10 TJ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dik l-informazzjoni tkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jippromwovu l-użu ta’ pjattaforma ġdida jew eżistenti biex jiffaċilitaw il-ġbir tad-data meħtieġa fil-livell nazzjonali.
|
|
Artikolu 11 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu lill-intrapriżi msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 biex jipprovdu informazzjoni fir-rapport annwali tagħhom dwar il-konsum annwali tal-enerġija tagħhom f’kWh, il-volum annwali tagħhom tal-konsum ta’ ilma f’metri kubi u tqabbil tal-konsum tal-enerġija u tal-ilma tagħhom mas-snin preċedenti.
|
|
Artikolu 11 5.
|
L-Istati Membri għandhom jippromwovu d-disponibbiltà lill-klijenti aħħarin kollha ta’ awditi tal-enerġija ta’ kwalità għolja li huma kosteffettivi u li huma:
(a)
imwettqin b’mod indipendenti minn esperti kwalifikati jew akkreditati skont il-kriterji ta’ kwalifikazzjoni; jew
(b)
implimentati u sorveljati minn awtoritajiet indipendenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
L-awditjar tal-enerġija msemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jsir minn esperti interni jew awdituri tal-enerġija, dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun stabbilixxa skema li tiżgura l-kwalità tagħhom inkluż, meta xieraq, għażla aleatorja annwali ta’ mill-inqas persentaġġ statistikament sinifikanti tal-awditjar kollu tal-enerġija mwettaq minn dawn l-esperti interni jew awdituri tal-enerġija. Biex tkun żgurata l-kwalità għolja tal-awditi tal-enerġija u tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji minimi trasparenti u nondiskriminatorji għall-awditi tal-enerġija f’konformità mal-Anness VI u għandhom iqisu l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità jew korp kompetenti biex jiżguraw li l-iskedi ta’ żmien għat-twettiq tal-awditi tal-enerġija stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jitħarsu u li l-kriterji minimi stipulati fl-Anness VI jiġu applikati b’mod korrett. L-awditjar tal-enerġija ma għandux jinkludi klawżoli li jwaqqfu s-sejbiet tal-awditjar milli jiġu trasferiti lil xi fornitur ta’ servizzi tal-enerġija kwalifikat jew akkreditat, dment li l-klijent ma joġġezzjonax.
|
|
Artikolu 11 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw programmi bil-għan li jħeġġu u jipprovdu appoġġ tekniku lill-SMEs li mhumiex soġġetti għall-paragrafi 1 jew 2 biex iwettqu awditi tal-enerġija u l-implimentazzjoni sussegwenti tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn dawk l-awditi. Abbażi ta’ kriterji trasparenti u nondiskriminatorji u mingħajr preġudizzju għal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat tal-UE, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmi, bħal ċentri tal-awditu tal-enerġija għall-SMEs u l-mikrointrapriżi, dment li dawn il-mekkaniżmi ma jikkompetux ma’ awdituri privati, biex jipprovdu awditi tal-enerġija. Huma jistgħu jipprovdu wkoll skemi ta’ appoġġ oħra għall-SMEs, inkluż fejn dawk l-SMEs ikunu kkonkludew ftehimiet volontarji, biex ikopru l-ispejjeż tal-awditi tal-enerġija u tal-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet kosteffettivi ħafna li jirriżultaw mill-awditi tal-enerġija, jekk il-miżuri proposti f’dawk ir-rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati.
|
|
Artikolu 11 7.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi msemmija fil-paragrafu 6 jinkludu appoġġ lil SMEs fil-kwantifikazzjoni tal-benefiċċji multipli tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika fl-operat tagħhom, fl-iżvilupp ta’ pjanijiet direzzjonali għall-effiċjenza enerġetika u fl-iżvilupp ta’ networks tal-effiċjenza enerġetika għall-SMEs, iffaċilitati minn esperti indipendenti. L-Istati Membri għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-SMEs, inkluż permezz tal-organizzazzjonijiet intermedjarji rappreżentattivi rispettivi tagħhom, għal eżempji konkreti ta’ kif is-sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija jistgħu jgħinu lin-negozji tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri billi tappoġġa l-iskambji tal-aqwa prattiki f’dan il-qasam.
|
|
Artikolu 11 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw programmi li jħeġġu lill-intrapriżi li mhumiex SMEs u li mhumiex soġġetti għall-paragrafi 1 jew 2 biex iwettqu awditi tal-enerġija u sussegwentement jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn dawk l-awditi.
|
|
Artikolu 11 9.
|
L-awditi tal-enerġija għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 meta dawn:
(a)
jitwettqu b’mod indipendenti, abbażi tal-kriterji minimi stipulati fl-Anness VI;
(b)
jiġu implimentati taħt ftehimiet volontarji konklużi bejn organizzazzjonijiet ta’ partijiet interessati u korp maħtur u ssorveljat mill-Istat Membru kkonċernat, minn xi korp ieħor li lilu l-awtoritajiet kompetenti ddelegaw ir-responsabbiltà kkonċernata jew mill-Kummissjoni.
L-aċċess għall-parteċipanti fis-suq li joffru servizzi tal-enerġija għandu jkun ibbażat fuq kriterji trasparenti u nondiskriminatorji.
|
|
Artikolu 11 10.
|
L-intrapriżi li jimplimentaw kuntratt tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, diment li l-kuntratt tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jkopri l-elementi meħtieġa tas-sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija u li l-kuntratt ikun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XV.
|
|
Artikolu 11 11.
|
L-intrapriżi li jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni ambjentali, iċċertifikata minn korp indipendenti skont l-istandards Ewropej jew internazzjonali rilevanti, għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, diment li s-sistema ta’ ġestjoni ambjentali kkonċernata tinkludi awditu tal-enerġija abbażi tal-kriterji minimi stipulati fl-Anness VI.
|
|
Artikolu 11 12.
|
L-awditi tal-enerġija jistgħu jkunu awtonomi jew ikunu parti minn awditu ambjentali iktar wiesa’. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li valutazzjoni tal-fattibbiltà teknika u ekonomika ta’ konnessjoni ma’ network ippjanat jew eżistenti tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali tkun parti mill-awditu tal-enerġija. Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw skemi ta’ inċentivi u ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditi tal-enerġija u miżuri simili.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|