+Artikolu 12 Ċentri tad-data
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.

Artikolu 12 Ċentri tad-data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
Sal-15 ta’ Mejju 2024, u kull sena wara, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li s-sidien u l-operaturi taċ-ċentri tad-data fit-territorju tagħhom b’domanda għall-potenza tat-teknoloġija informatika (IT) installata ta’ mill-inqas 500 kW, jagħmlu l-informazzjoni stipulata fl-Anness VII disponibbli għall-pubbliku, għajr informazzjoni soġġetta għal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali li jipproteġu s-sigrieti kummerċjali u tan-negozju u l-kunfidenzjalità.
Artikolu 12 2.
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għaċ-ċentri tad-data użati għad-difiża u l-protezzjoni ċivili, jew li jipprovdu s-servizzi tagħhom esklużivament bl-għan finali ta’ difiża u protezzjoni ċivili.
Artikolu 12 3.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi bażi tad-data Ewropea dwar iċ-ċentri tad-data li tinkludi informazzjoni kkomunikata miċ-ċentri tad-data obbligati f’konformità mal-paragrafu 1. Il-bażi tad-data Ewropea għandha tkun disponibbli għall-pubbliku f’livell aggregat.
Artikolu 12 4.
L-Istati Membri għandhom iħeġġu lis-sidien u l-operaturi taċ-ċentri tad-data fit-territorju tagħhom b’domanda tal-potenza tal-IT installata ugwali jew akbar minn 1 MW, jikkunsidraw l-aħjar prattiki msemmija fl-aħħar verżjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika fiċ-Ċentri tad-Data.
Artikolu 12 5.
Sal-15 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha tivvaluta d-data disponibbli dwar l-effiċjenza enerġetika taċ-ċentri tad-data ppreżentata lilha skont il-paragrafi 1 u 3 u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi li jkun fihom aktar miżuri biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika, inkluż dwar l-istabbiliment ta’ standards minimi ta’ prestazzjoni u valutazzjoni dwar il-fattibbiltà tat-tranżizzjoni lejn ċentri ta’ emissjonijiet netti żero, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti. Dawn il-proposti jistgħu jistabbilixxu perjodu ta’ żmien li fih iċ-ċentri tad-data eżistenti għandhom ikunu obbligati jilħqu l-prestazzjoni minima.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.