+Artikolu 13 Metraġġ għall-gass naturali
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
|
Artikolu 13 Metraġġ għall-gass naturali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa fejn huwa teknikament possibbli, raġonevoli mil-lat finanzjarju, u proporzjonat fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija, il-klijenti aħħarin tal-gass naturali jingħataw arloġġi individwali bi prezz kompetittiv li jirriflettu b’mod preċiż il-konsum proprju ta’ enerġija tal-klijent aħħari u li jagħtu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu. Dawn l-arloġġi individwali bi prezz kompetittiv għandhom jingħataw dejjem meta:
(a)
jinbidel arloġġ eżistenti, sakemm dan ma jkunx teknikament impossibbli jew ma jkunx kosteffettiv meta wieħed jikkunsidra l-iffrankar potenzjali stmat fuq tul ta’ żmien;
(b)
issir konnessjoni ġdida f’bini ġdid jew f’bini li fih isiru rinnovazzjonijiet kbar fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2010/31/UE.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Meta, u sa fejn, l-Istati Membri jimplimentaw sistemi ta’ arloġġi intelliġenti u jintroduċu arloġġi intelliġenti għall-gass naturali f’konformità mad-Direttiva 2009/73/KE:
(a)
jiżguraw li s-sistemi tal-metraġġ jagħtu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu lill-klijenti finali u li l-objettivi tal-effiċjenza enerġetika u l-benefiċċji tal-klijenti finali jitqiesu bis-sħiħ meta jiġu stabbiliti l-funzjonalitajiet minimi tal-arloġġi u l-obbligi imposti fuq il-parteċipanti fis-suq;
(b)
jiżguraw is-sigurtà tal-arloġġi intelliġenti u l-komunikazzjoni tad-data, u l-privatezza tal-klijenti finali, f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar l-protezzjoni tad-data u l-privatezza;
(c)
jeżiġu li jingħataw pariri u informazzjoni xierqa lill-klijenti waqt l-installazzjoni tal-arloġġi intelliġenti, b’mod partikolari dwar il-potenzjal kollu tagħhom b’rabta mal-ġestjoni tal-qari tal-arloġġi u mal-monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|