+Artikolu 15 Submetraġġ u allokazzjoni tal-kost għat-tisħin, it-tkessiħ u l-misħun domestiku
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.

Artikolu 15 Submetraġġ u allokazzjoni tal-kost għat-tisħin, it-tkessiħ u l-misħun domestiku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
F’binjiet b’aktar minn appartament wieħed u f’binjiet b’diversi użi b’sors ċentrali ta’ tisħin jew tkessiħ jew fornuti minn sistema ta’ tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali, għandhom jiġu installati arloġġi individwali biex ikejlu l-konsum tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tal-ilma sħun domestiku għal kull unità tal-bini, fejn teknikament fattibbli u kosteffettiv, jiġifieri jkun proporzjonati fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija potenzjali.

Meta l-użu ta’ arloġġi individwali ma jkunx teknikament fattibbli jew meta ma jkunx kosteffiċjenti li jitkejjel il-konsum tat-tisħin f’kull unità tal-bini, għandhom jintużaw allokaturi individwali tal-kost tat-tisħin biex jitkejjel il-konsum tat-tisħin f’kull radjatur, sakemm l-Istat Membru inkwistjoni ma jurix li l-installazzjoni ta’ dawn l-allokaturi tal-kost tat-tisħin ma tkunx kosteffiċjenti. F’dawk il-każijiet, jistgħu jitqiesu metodi kosteffiċjenti alternattivi għall-kejl tal-konsum tat-tisħin. Il-kriterji ġenerali, il-metodoloġiji u l-proċeduri biex jiġu ddeterminati n-nuqqas ta’ fattibbiltà teknika u n-nuqqas ta’ kosteffettività għandhom jiġu stabbiliti u ppubblikati b’mod ċar minn kull Stat Membru.

Artikolu 15 2.
F’bini ġdid b’aktar minn appartament wieħed u fil-partijiet residenzjali ta’ bini ġdid b’diversi użi li huma mgħammra b’sors ċentrali ta’ tisħin għall-ilma sħun domestiku jew jiġu fornuti minn sistemi ta’ tisħin distrettwali, għandhom, minkejja l-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, jiġu pprovduti arloġġi individwali għall-ilma sħun domestiku.
Artikolu 15 3.

Fejn binjiet b’aktar minn appartament wieħed jew b’diversi użi jiġu moqdija minn tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali, jew fejn li jkollhom is-sistemi komuni tagħhom ta’ tisħin jew tkessiħ għal tali bini jkun prevalenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ regoli nazzjonali trasparenti u pubblikament disponibbli dwar l-allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin, it-tkessiħ u l-konsum tal-ilma sħun domestiku f’tali bini biex tiġi żgurata t-trasparenza u l-preċiżjoni tal-kontabilità tal-konsum individwali. Meta xieraq, dawn ir-regoli għandhom jinkludu linji gwida dwar il-mod kif issir l-allokazzjoni tal-kost tal-enerġija li tintuża għal:

(a) 

il-misħun domestiku;

(b) 

is-sħana rradjata mill-installazzjoni tal-bini u għall-fini tat-tisħin taż-żoni komuni, meta t-tromba tat-taraġ u l-kurituri jkollhom radjaturi;

(c) 

it-tisħin jew it-tkessiħ tal-appartamenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.