|
+Artikolu 15 3. |
Artikolu 15 3.Fejn binjiet b’aktar minn appartament wieħed jew b’diversi użi jiġu moqdija minn tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali, jew fejn li jkollhom is-sistemi komuni tagħhom ta’ tisħin jew tkessiħ għal tali bini jkun prevalenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ regoli nazzjonali trasparenti u pubblikament disponibbli dwar l-allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin, it-tkessiħ u l-konsum tal-ilma sħun domestiku f’tali bini biex tiġi żgurata t-trasparenza u l-preċiżjoni tal-kontabilità tal-konsum individwali. Meta xieraq, dawn ir-regoli għandhom jinkludu linji gwida dwar il-mod kif issir l-allokazzjoni tal-kost tal-enerġija li tintuża għal:
(a)
il-misħun domestiku;
(b)
is-sħana rradjata mill-installazzjoni tal-bini u għall-fini tat-tisħin taż-żoni komuni, meta t-tromba tat-taraġ u l-kurituri jkollhom radjaturi;
(c)
it-tisħin jew it-tkessiħ tal-appartamenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|