+Artikolu 21 2.

Artikolu 21 2.

Il-klijenti finali għandhom id-dritt ta’ kuntratt mal-fornitur tagħhom li jispeċifika:

(a) 

l-identità, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur;

(b) 

is-servizzi pprovduti u l-livelli tal-kwalità tas-servizz inklużi;

(c) 

it-tipi ta’ servizzi ta’ manutenzjoni inklużi fil-kuntratt mingħajr ħlas addizzjonali;

(d) 

il-mezzi kif tista’ tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi applikabbli, dwar it-tariffi għall-manutenzjoni, u dwar il-prodotti jew is-servizzi f’pakkett;

(e) 

it-tul tal-kuntratt, il-kundizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-kuntratt u tas-servizzi, inkluż il-prodotti jew is-servizzi f’pakkett ma’ dawk is-servizzi, u jekk titħalliex issir terminazzjoni mingħajr ħlas tal-kuntratt;

(f) 

kwalunkwe kumpens u arranġamenti ta’ rifużjoni li japplikaw jekk ma jintlaħqux il-livelli tal-kwalità tas-servizz ikkuntrattat, inkluż kontijiet mhux eżatti jew li jdumu ma jinħarġu;

(g) 

il-metodu biex tinbeda proċedura għal riżoluzzjoni ta’ tilwima barra mill-qorti f’konformità mal-Artikolu 22;

(h) 

informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumaturi, inkluża informazzjoni dwar it-trattament tal-ilmenti u l-informazzjoni kollha msemmija f’dan il-paragrafu, li hija kkomunikata b’mod ċar fil-kont jew fuq is-sit web tal-intrapriża u tinkludi d-dettalji ta’ kuntatt jew link għas-sit web tal-punti uniċi ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 22(3), il-punt (e);

(i) 

id-dettalji ta’ kuntatt li jippermettu lill-klijent jidentifika punti uniċi ta’ servizz rilevanti kif msemmija fl-Artikolu 22(3), il-punt (a).

Il-kundizzjonijiet tal-fornituri għandhom ikunu ġusti u għandhom jiġu pprovduti lill-klijenti aħħarin minn qabel. L-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tingħata qabel il-konklużjoni jew il-konferma tal-kuntratt. Meta xi kuntratti jiġu konklużi permezz ta’ intermedjarji, dik l-informazzjoni għandha tingħata wkoll qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.

Il-klijenti finali u l-utenti finali għandhom jingħataw sommarju tal-kundizzjonijiet kuntrattwali prinċipali, inkluż prezzijiet u tariffi, b’mod li jinftiehem u konċiż, u b’lingwaġġ sempliċi.

Il-klijenti finali għandhom jiġu pprovduti kopja tal-kuntratt u informazzjoni ċara, b’mod trasparenti, dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli u dwar it-termini u l-kundizzjonijiet standard, fir-rigward tal-aċċess għas-servizzi tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku, u l-użu tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu min għandu jkun responsabbli għall-għoti tal-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu lill-utenti aħħarin mingħajr kuntratt dirett jew individwali ma’ fornitur, fuq talba, b’mod xieraq u bla ħlas.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.