+Artikolu 21 Drittijiet kuntrattwali bażiċi għat-tisħin, it-tkessiħ u l-misħun domestiku
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.
---+Artikolu 21 7.
---+Artikolu 21 8.
---+Artikolu 21 9.
|
Artikolu 21 Drittijiet kuntrattwali bażiċi għat-tisħin, it-tkessiħ u l-misħun domestiku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, b’mod partikolari d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
) u d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (
9
), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali u, meta msemmija b’mod espliċitu l-utenti finali, għandhom jingħataw id-drittijiet previsti fil-paragrafi 2 sa 9 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 21 2.
|
Il-klijenti finali għandhom id-dritt ta’ kuntratt mal-fornitur tagħhom li jispeċifika:
(a)
l-identità, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur;
(b)
is-servizzi pprovduti u l-livelli tal-kwalità tas-servizz inklużi;
(c)
it-tipi ta’ servizzi ta’ manutenzjoni inklużi fil-kuntratt mingħajr ħlas addizzjonali;
(d)
il-mezzi kif tista’ tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi applikabbli, dwar it-tariffi għall-manutenzjoni, u dwar il-prodotti jew is-servizzi f’pakkett;
(e)
it-tul tal-kuntratt, il-kundizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-kuntratt u tas-servizzi, inkluż il-prodotti jew is-servizzi f’pakkett ma’ dawk is-servizzi, u jekk titħalliex issir terminazzjoni mingħajr ħlas tal-kuntratt;
(f)
kwalunkwe kumpens u arranġamenti ta’ rifużjoni li japplikaw jekk ma jintlaħqux il-livelli tal-kwalità tas-servizz ikkuntrattat, inkluż kontijiet mhux eżatti jew li jdumu ma jinħarġu;
(g)
il-metodu biex tinbeda proċedura għal riżoluzzjoni ta’ tilwima barra mill-qorti f’konformità mal-Artikolu 22;
(h)
informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumaturi, inkluża informazzjoni dwar it-trattament tal-ilmenti u l-informazzjoni kollha msemmija f’dan il-paragrafu, li hija kkomunikata b’mod ċar fil-kont jew fuq is-sit web tal-intrapriża u tinkludi d-dettalji ta’ kuntatt jew link għas-sit web tal-punti uniċi ta’ kuntatt imsemmija fl-Artikolu 22(3), il-punt (e);
(i)
id-dettalji ta’ kuntatt li jippermettu lill-klijent jidentifika punti uniċi ta’ servizz rilevanti kif msemmija fl-Artikolu 22(3), il-punt (a).
Il-kundizzjonijiet tal-fornituri għandhom ikunu ġusti u għandhom jiġu pprovduti lill-klijenti aħħarin minn qabel. L-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tingħata qabel il-konklużjoni jew il-konferma tal-kuntratt. Meta xi kuntratti jiġu konklużi permezz ta’ intermedjarji, dik l-informazzjoni għandha tingħata wkoll qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. Il-klijenti finali u l-utenti finali għandhom jingħataw sommarju tal-kundizzjonijiet kuntrattwali prinċipali, inkluż prezzijiet u tariffi, b’mod li jinftiehem u konċiż, u b’lingwaġġ sempliċi. Il-klijenti finali għandhom jiġu pprovduti kopja tal-kuntratt u informazzjoni ċara, b’mod trasparenti, dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli u dwar it-termini u l-kundizzjonijiet standard, fir-rigward tal-aċċess għas-servizzi tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun domestiku, u l-użu tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu min għandu jkun responsabbli għall-għoti tal-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu lill-utenti aħħarin mingħajr kuntratt dirett jew individwali ma’ fornitur, fuq talba, b’mod xieraq u bla ħlas.
|
|
Artikolu 21 3.
|
Il-klijenti finali għandhom jingħataw notifika adegwata dwar kull intenzjoni ta’ modifika tal-kundizzjonijiet kuntrattwali. Il-fornituri għandhom jinnotifikaw lill-klijenti finali tagħhom, b’mod trasparenti u li jinftiehem, direttament dwar kull aġġustament fil-prezz tal-provvista u r-raġunijiet u l-prekundizzjonijiet għall-aġġustament u l-ambitu tiegħu, fi żmien xieraq sa mhux aktar tard minn ġimagħtejn, jew sa mhux aktar tard minn xahar fil-każ tal-klijenti domestiċi, qabel jidħol fis-seħħ l-aġġustament. Il-klijenti finali għandhom jinfurmaw lill-utenti finali dwar il-kundizzjonijiet il-ġodda mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 21 4.
|
Il-fornituri għandhom joffru għażla wiesgħa tal-metodi tal-ħlas lill-klijenti finali. Dawn il-metodi tal-ħlas ma għandhomx jiddiskriminaw b’mod mhux dovut bejn il-klijenti. Kwalunkwe differenza fit-tariffi relatati mal-metodi tal-ħlas jew ma’ sistemi tal-ħlas bil-quddiem għandha tkun oġġettiva, nondiskriminatorja u proporzjonata, u ma għandhiex taqbeż il-kostijiet diretti mġarrba mill-benefiċjarju għall-użu ta’ metodu tal-ħlas speċifiku jew ta’ sistema tal-ħlas bil-quddiem, f’konformità mal-Artikolu 62 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
).
|
|
Artikolu 21 5.
|
Skont il-paragrafu 4, il-klijenti tal-unitajiet domestiċi li għandhom aċċess għal sistemi tal-ħlas bil-quddiem ma għandhomx jitqiegħdu fi żvantaġġ mis-sistemi tal-ħlas bil-quddiem.
|
|
Artikolu 21 6.
|
Il-klijenti finali u, fejn applikabbli, l-utenti finali għandhom jiġu offruti termini ġenerali u kundizzjonijiet ġusti u trasparenti, li għandhom jingħataw b’lingwaġġ sempliċi u mhux ambigwu, u ma għandhomx jinkludu ostakli nonkuntrattwali għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-konsumaturi, bħal dokumentazzjoni kuntrattwali eċċessiva. L-utenti finali għandhom jingħataw aċċess għal dawk it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali, meta jintalab dan. Il-klijenti finali u l-utenti finali għandhom jiġu protetti minn metodi inġusti u qarrieqa tal-bejgħ. Il-klijenti finali b’diżabbiltà għandhom jingħataw l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-kuntratt tagħhom mal-fornitur tagħhom b’formati aċċessibbli.
|
|
Artikolu 21 7.
|
Il-klijenti finali u l-utenti finali għandu jkollhom id-dritt għal standard tajjeb ta’ servizz u trattament tal-ilmenti mill-fornituri tagħhom. Il-fornituri għandhom jittrattaw l-ilmenti b’mod sempliċi, ġust u malajr.
|
|
Artikolu 21 8.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ protezzjoni tal-konsumatur stipulati f’din id-Direttiva jiġu infurzati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġixxu b’mod indipendenti minn kwalunkwe interess tas-suq.
|
|
Artikolu 21 9.
|
Fil-każ ta’ skonnessjoni ppjanata, il-klijenti finali kkonċernati għandhom jiġu pprovduti informazzjoni adegwata dwar miżuri alternattivi biżżejjed minn qabel, mhux aktar tard minn xahar qabel l-iskonnessjoni ppjanata u mingħajr spejjeż miżjuda.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|