+Artikolu 23 Sħubijiet għall-effiċjenza enerġetika
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
|
Artikolu 23 Sħubijiet għall-effiċjenza enerġetika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Sal-11 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-effiċjenza enerġetika hijiex koperta minn sħubijiet eżistenti. Jekk il-valutazzjoni turi li l-effiċjenza enerġetika mhix koperta biżżejjed mis-sħubijiet eżistenti, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sħubijiet ta’ effiċjenza enerġetika speċifiċi għas-settur fil-livell tal-Unjoni, b’sottosħubijiet għal kull settur nieqes billi tlaqqa’ flimkien il-partijiet ikkonċernati ewlenin, inklużi s-sħab soċjali, f’setturi bħall-ICT, it-trasport, is-setturi finanzjarji u tal-bini b’mod inklużiv u rappreżentattiv. Jekk tiġi stabbilita sħubija, il-Kummissjoni għandha taħtar, meta jkun xieraq, president għal kull sħubija tal-Unjoni fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika speċifika għas-settur.
|
|
Artikolu 23 2.
|
Is-sħubijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom l-għan li jiffaċilitaw id-djalogi dwar il-klima u t-tranżizzjoni enerġetika bejn l-atturi rilevanti u jinkoraġġixxu lis-setturi jfasslu pjanijiet direzzjonali għall-effiċjenza enerġetika sabiex jiġu identifikati l-miżuri u l-għażliet teknoloġiċi disponibbli biex jinkiseb iffrankar fl-enerġija, issir tħejjija għall-enerġija rinnovabbli u jiġu dekarbonizzati s-setturi. Tali pjanijiet direzzjonali jagħtu kontribut siewi biex jgħinu lis-setturi fl-ippjanar tal-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva u r-Regolament (UE) 2021/1119 kif ukoll jiffaċilitaw il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-atturi biex jissaħħaħ is-suq intern.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1791
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|